Press Release 14/11
Mediterranean Network of Regulatory Authority
13th Plenary Session
23-25 November 2011
L-Awtorità tax-Xandir għadha kemm assumiet il-presidenza ta’ l-Assemblea tar-Regolaturi tax-Xandir fil-Mediterran l-MNRA. It-tlettax l-Assemblea li għadha kif ġiet organizzata taħt l-awspiċi ta’ Malta nfethet mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta, Dr. George Abela. Fis-sessjoni tal-ftuħ saru diskorsi mic-Chairman tal-Awtorita tax-Xandir, is-Sur Anthony J. Tabone u mill-Professur Davut Dursun., Chairman tal-Awtorita Regolatorja tax-Xandir tat-Turkija, bħala President tal-MNRA.
Għal din il-konferenza attendew rappreżentanti u kapijiet ta’ regolaturi tax-xandir minn dsatax il-pajjiż tal-Mediterran u minn żewġt organizzazzjonijiet oħra ewropej.
Waqt din il-konferenza ġew diskussi l-isfidi awdjoviżivi li qed jitfaċċaw dawn ir-regolaturi tal-Mediterran speċjalment bl-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda awdjoviżivi; ix-xandir ta’ programmi “Reality” u l-effetti tagħhom fuq is-soċjetà; u x-xandir ta’ programmi tematiċi bl-introduzzjoni tal-wiri ta’ prodotti kummerċjali waqt dan it-tip ta’ programmi.
L-organiżazzjoni ta’ din il-konferenza f’Malta hija parti miċ-ċelebrazzjoniet tal-Ħamsin Anniversarju tat-twaqqif ta’ l-Awtorità tax-Xandir, li jgħamilha l-eqdem regolatur fil-Mediterran.
Matul is-sena li għaddiet l-Awtorita tax-Xandir ta’ Malta kienet il-Vici-President ta’ dan in-network u fis-sessjoni ta’ l-għeluq, Malta permezz tac-Chairman tal-Awtorita, is-Sur Anthony J. Tabone, ħadet il-Presidenza ta’ din l-Assemblea tar-Regolaturi tal-Mediterran biex tmexxi fost dawn il-pajjiżi valuri, prinċipji u drittijiet fundamentali fir-regolazzjoni ta’ servizzi awdjoviżivi.
Lejn it-tmien din il-konferenza ġew aċċettati bħala membri ir-regolaturi tax-xandir ta’ żewġt pajjiżi – il-Kummissjoni Indipendenti tal-Midja tal-Kosovo kif ukoll l-Agenzija għall-Midja Elettronika tal-Montenegro.
Din il-konferenza ingħalqet b’dikjarazzjoni mill-pajjiżi tal-Mediterran dwar il-programmi ta’ Realtà fuq it-televiżjoni fejn għandu jinħoloq djalogu bejn professjonisti awdjoviżivi u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-parteċipanti kif ukoll biex jiġu segwiti l-parteċipanti kollha anke wara li tispiċċa s-sensiela ta’ dan it-tip ta’ programmi.
Mario Axiak
Head Research & Communications
2nd December 2011