Ċirkolari 13/15
Stedina
L‐Aħħar Dibattitu fl‐iskema ta’ Xandiriet għar‐Referendum dwar il‐Kaċċa 2015
L‐Iskema ta’ Xandiriet Politiċi organizzata mill‐Awtorità tax‐Xandir għar‐Referendum dwar il‐Kaċċa 2015 tasal fi tmiem tagħha għada l‐Erbgħa, 8 t’April 2015 bit‐tieni u l‐aħħar Dibattitu dwar il‐Kaċċa bejn il‐Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej u l‐Moviment Shout.
F’dan id‐dibattitu ser jieħdu sehem:
Dr Kathleen Grima mill‐Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej
Mark Sultana mill‐Moviment SHout.
Dan id‐dibattitu ser jitmexxa minn Dr Joanna Spiteri.
Ir‐rikording ta’ dan id‐dibattiti ser jibda fit‐1:00pm fl‐istudjo tal‐PBS fi Gwardamanġa. Dan id‐dibattiti ta’ 60 minuta ser jixxandru fuq TVM2 u Radju Malta għall‐ħabta tad‐20.40.
Membri oħra tal‐medja li m’humhiex ser jipparteċipaw direttament fir‐rikording ta’ dan id‐dibattitu jistgħu jattendu għal dan ir‐rikording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tal‐PBS.
Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l‐Erbgħa 8 t’April sad‐9:00 ta' filgħodu. Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu dan id‐dibattitu. Importanti li tibgħatulna l‐isem u n‐numru tal‐Karta ta’ l‐Identità.
Peress li r‐rikording se jibda fit‐1:00pm, dawk il‐fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudjo biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta' ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r‐rekording u għalhekk il‐fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudjos fin‐12:30pm sabiex jieħdu xi filmati qabel ir‐rekording.
Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐9:45 ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
7 t’April 2015