Ċirkulari 13/08
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha
Seminar: Il-Kliem ta’ Nisel Ingliż fil-Malti
Flimkien ma’ din iċ-Ċirkulari qed nehmeż programm ta’ Seminar li qed jorganizza l-Kunsill dwar l-Ilsien Malti li żgur ikun ta’ interess għax-xandara kollha.
Għalhekk ġentilment nitolbok biex tqassam dan il-programm fost l-impjegati kollha ta’ l-istazzjon tiegħek u tinkoraġġihom li jattendu.
Nitolbok ukoll li tgħarraf lill-produtturi indipendenti dwar dan is-seminar ukoll.
Dr Kevin Aquilina
Kap Eżekuttiv 3 t’April 2008