Media Release 13/07
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika
L-Awtorita' għadha kemm temmiet eżerċizzju fejn irrevediet uħud mill-linji gwida eżistenti u għamlithom legalment mandatorji. Filwaqt li l-kontenut ta’ dawn il-Linji Gwida ma nbidilx, issa l-Awtorita' qed tagħmilhom kollha esegwibbli. Dan il-proċess ġa’ sar fil-każ tal-Ħtiġijiet dwar l-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti u l-Ħtiġijiet dwar il-Logħob ta’ l-Azzard. Il-ksur ta’ dawn il-ħtiġijiet ifisser li hemm abbinat magħhom sanzjoni amministrattiva.
Il-Ħtiġijiet il-ġodda – apparti dawk dwar l-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti li f’parti sostanzjali tagħhom diġa’ ġew fis-seħħ ix-xahar li għadda bħala Ħtiġijiet kif ukoll dawk dwar il-logħob ta’ l-azzard li wkoll ġew fis-seħħ bħala Ħtiġijiet fi Frar 2007 – huma dawn li ġejjin:
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir;
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar kif għandhom ikunu Rappurtati Traġedji fix-Xandir;
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar id-Diżabilita’ u l-Preżentazzjoni Tagħha fix-Xandir;
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar Wiri u Smigħ ta’ Programmi għall-Familja;
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar il-Programmi ta’ Phone-Ins Imxandra fuq il-Mezzi tax-Xandir;
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar Crawls u Captions f’Programmi Televiżivi;
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar id-Diversi Tipi ta’ Stħarriġ ta’ l-Opinjoni Pubblika Mxandra fuq is-Servizzi tar-Radji u tat-Televiżjoni;
Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijet fil-Mezzi tax-Xandir;
Ħtiġijiet dwar ir-Reklami u l-Metodi ta’ Reklamar ta’ l-2007 dwar Reklamar ta’ Tattoos;
Ħtiġijiet dwar ir-Reklami ta’ l-2007 dwar Reklamar, Sponsorship u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku.
Dawn il-Ħtiġijiet kollha ġew fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta tal-Gvern, jiġifieri nhar il-Ħamis, 22 ta’ Marzu 2007.
Aktar ‘il quddiem dan ix-xahar stess hu mistenni li jinħareġ Avviż Legali li jagħmel referenza għall-penali dwar dawn il-ħtiġijiet kollha hawn fuq imsemmija.
Mario Axiak 23 ta’ Marzu 2007
Kap Komunikazzjoni u Riċerka Ref 51/61
Awtorita' tax-Xandir