Ċirkolari 12/15
Stedina
L‐Aħħar Dibattitu fl‐iskema ta’ Xandiriet għall‐Elezzjonijiet tal‐Kunsilli Lokali 2015
L‐Iskema ta’ Xandiriet Politiċi organizzata mill‐Awtorità tax‐Xandir għall‐Elezzjonijiet tal‐Kunsilli Lokali 2015 tasal fi tmiem tagħha għada it‐Tlieta, 7 t’April 2015.
Is‐suġġett magħżul mill‐Partit Laburista ser ikun “Malta Ottimista”. F’dan id‐dibattitu ser jieħdu sehem:
L‐Hon. Ministru Owen Bonnici u l‐Perit Clint Camilleri għall‐Partit Laburista;
Dr Matthew Paris u Dr Karl Tanti għall‐Partit Nazzjonalista; u
Ralph Cassar għall‐Alternattiva Demokratika.
Dan id‐dibattitu ser jitmexxa minn Dr Andrew Azzopardi.
Ir‐rikording ta’ dan id‐dibattiti ser jibda fit‐1:00pm fl‐istudjo tal‐PBS fi Gwardamanġa. Dan id‐dibattiti ta’ 60 minuta ser jixxandru fuq TVM2 u Radju Malta għall‐ħabta tad‐20.40.
Membri oħra tal‐medja li m’humhiex ser jipparteċipaw direttament fir‐rikording ta’ dawn iż‐żewġt dibattiti jistgħu jattendu għal dawn ir‐rikordings. Importnti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tal‐PBS.
Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada it‐Tlieta t t’April sad‐9:00 ta' filgħodu. Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu dan id‐dibattitu. Importanti li tibgħatulna l‐isem, in‐numru tal‐Karta ta’ l‐Identità, kif ukoll għal‐liema recording ser jattendu il‐membri tagħkom.
Peress li r‐rikording se jibda fit‐1:00pm, dawk il‐fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudjo biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta' ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r‐rekording u għalhekk il‐fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudjos fin‐12:30pm sabiex jieħdu xi filmati qabel ir‐rekording.
Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐9:45 ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
6 t’April 2015