Xandiriet Politiċi - Konferenza tal-Aħbarijiet

Rilaxx: Immedjat
Data: 23 ta’ Mejju 2017
PR 11/17


Xandiriet Politiċi


Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi għada l-Erbgħa, 24 ta’ Mejju b’Konferenza tal-Aħbarijiet .

Dr Edward Zammit Lewis ser ikun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ ħames ġurnalisti:

  • Reno Bugeja għall-Public Broadcasting Service (PBS Ltd.)

  • Mario Frendo għal NET Television

  • Rachel Attard għal Standard Publications

  • Darren Carabott għall-Mument

  • Josianne Camilleri għall-RTK.

It-tema magħżula mill-Partit Laburista hija L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna.

Din il-Konferenza tal-Aħbarijiet ta’ 60 minuta ser tkun immexxija mis-Sur Mario Micallef u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:45.

Mario Axiak, M.B.A (Maastricht)
Kap, Riċerka u Komunikazzjoni
23 ta’ Mejju 2017