Ċirkolari 11/14
Xandiriet Politiċi mill‐Awtorità tax‐Xandir
għal matul il‐Kampanja tal‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew 2014
Għada l‐Erbgħa, 21 ta' Mejju 2014 fis‐2:00pm se jsir rekording tad‐Dibattitu organizzat mill‐Awtorità tax‐Xandir fis‐sensielata’ programmi għall‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew 2014.
Dan id‐Dibattitu ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l‐bulletin prinċipali tal‐aħbarijiet tat‐8:00 ta' filgħaxija. F’dan id‐dibattitu se jieħdu sehem fih il‐Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l‐Kap tal‐Opposizzjoni Dr Simon Busuttil. Fit‐tieni parti tal‐programm jingħaqad magħhom il‐Professur Arnold Cassola.
Dan id‐Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira.
Membri oħra tal‐medja jistgħu jattendu għal dan ir‐recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/ fotografu jew cameraperson għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tal‐PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l‐Erbgħa, 21 ta' Mejju sad‐10:00 ta' filgħodu.
Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu dan id‐dibattitu.
Peress li r‐rikording se jibda fit‐2:00, dawk il‐fotografi u/jew camerapersons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudio biex jiġbdu ritratti/filmati.
Filmati u teħid ta' ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r‐rekording u għalhekk il‐fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudios fit‐1:30pm sabiex jieħdu xi filmati qabel ir‐rekording.
Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐9:45 ta' filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
20 ta' Mejju 2014