Skeda li tibda minn Ottubru 2010

Ċirkulari 10/10

Lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni

 

Skeda li tibda minn Ottubru 2010

 

Nirreferi għal-laqgħa li kellna dwar il-provvedimenti l-ġodda tal-Att Dwar ix-Xandir. Taħt Artiklu 23 tal-Att Dwar ix-Xandir, qed nitlob kopja tal-iskeda tal-istazzjon tiegħek li tibda minn Ottubru li ġej. Flimkien mal-iskeda neħtieġ ukoll deskrizzjoni qasira dwar kull programm kif ukoll il-ġeneru tiegħu.

Din l-informazzjoni għandha tasal għand l-Awtorità sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta, 31 t’Awwissu, 2010. Qed nitlob il-kooperazzjoni tagħkom sabiex din l-informazzjoni tasal għand l-Awtorità fiż-żmien stipulat ħalli tkun tista’ ssir evalwazzjoni tal-iskedi l-ġodda.

F’każ li xi stazzjon jonqos milli jibgħat din l-informazzjoni, inkun kostrett noħroġ akkuża taħt l-Att Dwar ix-Xandir.

 

Pierre Cassar                                                                                                                                                                 20 t’Awwissu 2010

Kap Eżekuttiv                                                                                                                                                                Ref 14/05/ANX