Dibattitu Politiku - Elezzjoni Ġenerali 2013

Ċirkolari 08/13

 

Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir ghal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013

Dibattitu Politiku

 

Għada l-Erbgħa, 23 ta’ Jannar 2013 fis-2:30pm se jsir rekording ta’ Dibattitu Politiku fis-sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013.

Għal din id-dibattitu s-suġġett magħżul mill-AD huwa “Magħna Taf Fejn Int” u l-kelliem tal-AD se jkun id-Deputat Chairperson, Carmel Cacopardo.

Ir-rappreżentanti tal-PL se jkunu Dr. Toni Abela u Carmel Hili waqt li r-rappreżentanti tal-PN se jkunu Dr. Simon Busuttil u Clyde Puli.

Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija.

Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew cameraperson għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS. Dan ghandu jsir sa mhux aktar tard minn ghada l-Erbgħa, 23 ta’ Jannar sad- 9:00 ta’ filgħodu. Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx isegwu dan id-dibattitu.

Peress li r-rikording se jibda fit-2:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jithallewx jidhlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u tehid ta’ ritratti jistghu jsiru biss qabel ma jibda r-recording.

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira huwa ‘embargoed’ sal-9:45pm ta’ filgħaxija.

 

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni

22 ta’ Jannar 2013