Skema ta’ Xandiriet Politiċi Għall-Elezzjoni Ġenerali 2026

Stqarrija għall-Istampa

21 ta’ Mejju 2026

Stq: 07/26 

Skema ta’ Xandiriet Politiċi

Għall-Elezzjoni Ġenerali 2026

Is-Sibt 23 ta’ Mejju 2026 se jixxandru żewġ intervisti ma’ żewġ kandidati indipendenti li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali 2026. Iż-żewġ kandidati indipendenti, is-Sur Noel Apap u s-Sur Nazzareno Bonniċi se jkunu intervistati mill-ġurnalist Mario Micallef. Dawn se jsiru bħala parti mill-iskema ta’ xandiriet politiċi tal-elezzjoni ġenerali. 

Dawn l-intervisti ser jixxandaru fit-20:45 fuq TVM u Radju Malta.