L-Aħħar Dibattitu fl-iskema ta’ Xandiriet għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015

Stqarrija 7/15

 

L-Aħħar Dibattitu fl-iskema ta’ Xandiriet għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015


L-Iskema ta’ Xandiriet Politiċi organizzata mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2015 tasal fi tmiem tagħha għada it-Tlieta, 7 t’April 2015.

Is-suġġett magħżul mill-Partit Laburista ser ikun “Malta Ottimista”.  F’dan id-dibattitu ser jieħdu sehem: 
• L-Hon. Ministru Owen Bonnici u l-Perit Clint Camilleri għall-Partit Laburista;
• Dr Matthew Paris u Dr Karl Tanti għall-Partit Nazzjonalista; u 
• Ralph Cassar għall-Alternattiva Demokratika. 

Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Dr Andrew Azzopardi.

Dan id-dibattiti ta’ 60 minuta ser jixxandru fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.45.
  

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
6 t’April 2015