Ċirkolari 7/15
Stedina
Dibattitu fl‐Iskema ta’ Xandiriet għar‐Referendum dwar il‐Kaċċa fir‐Rebbiegħa 2015
Bi tħejjija għar‐Referendum tal‐11 ta’ April, l‐Awtorità tax‐Xandir nediet skema oħra ta’ xandiriet fejn il‐Movimenti li jiffurmaw parti mill‐kampanja referendarja jkunu jistgħu jwasslu l‐messaġġ tagħhom fuq ix‐xandir. Għal dan il‐għan għada l‐Erbgħa 25 ta’ Marzu, se jixxandar l‐ewwel dibattitu f’din l‐ iskema ta’ xandiriet għar‐Referendum tal‐11 ta’ April 2015.
Żewġ rappreżentanti mill‐Moviment SHout u mill‐Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej se jkunu qed jiltaqgħu f’dan id‐dibattitu biex jiddiskutu l‐kaċċa fir‐rebbiegħa. Ir‐rappreżentanti tal‐Moviment SHout ser ikunu s‐Sur Mark Sultana u Ms Moira Delia waqt li l‐Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej ser jkun rappreżentat minn Dr Kathleen Grima u s‐Sur Mark Mifsud Bonnici.
Ir‐rikording ta’ dan id‐dibattitu ta’ 60 minuta ser isir għada l‐Erbgħa 25 ta’ Marzu u ser jibda fit‐1:00pm fl‐istudjo tal‐PBS fi Gwardamanġa. Dan id‐dibattitu ser jixxandru fuq TVM2 u Radju Malta fid‐20:45 għada stess.
Membri oħra tal‐medja li m’humhiex ser jipparteċipaw direttament fir‐rikording ta’ dan id‐dibattitu jistgħu jattendu għal dan ir‐rikording. Importnti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tal‐PBS.
Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l‐Erbgħa 25 ta’ Marzu sad‐9:00 ta' filgħodu. Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu dan id‐dibattitu. Importanti li tibgħatulna l‐isem u n‐numru tal‐Karta ta’ l‐Identità ta’ dawk il‐ membri tagħkom li ser jattendu.
Peress li r‐rikording se jibda fit‐1:00pm, dawk il‐fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudjo biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta' ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r‐rekording u għalhekk il‐fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudjos fin‐12:30pm sabiex jieħdu xi filmati qabel ir‐rekording.
Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐9:45 ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
24 ta’ Marzu 2015