Xogħolijiet fuq it-Torri tal-Għargħur

Ċirkulari 06/26

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

Xogħolijiet fuq it-Torri tal-Għargħur

L-Awtorità tixtieq tavża li bejn it-Tlieta 22 ta’ Settembru u l-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2026 ser jitkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur. Minħabba f’hekk, ser tintefa’ l-Master Antenna u l-Awtorità ser taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva fejn il-qawwa ta’ trażmissjoni tkun ridotta.

Il-manutenzjoni ser issir kuljum bejn it-9:00 u 15:30. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur tal-anqas kwarta qabel il-ħinijiet imsemmija, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma tinqaleb it-trażmissjoni.

Filwaqt li għal darb’oħra nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

Dr Joanna Spiteri

Kap Eżekuttiv

15 ta’ Settembru 2026

Ref : 15/61