Stqarrija għall-Istampa 06/18
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku ġenerali għall-kooperazzjoni li intweriet meta twettqu xogħlijiet ta' tiswija fit-Torri tal-Għargħur nhar id-29 ta' Awwissu 2018.
Peress li x-xogħlijiet ippjanati għat-22 t' Awwissu kellhom jiġu kkanċellati minħabba temp ħażin, dawn qed jiġu posposti għal nhar l-Erbgħa, 12 ta' Settembru mis-07:00 sa 13:00 jekk it-temp jippermetti. F’dil-ġurnata, il-qawwa tat-trażmissjoni ser tkun imnaqqsa għal raġunijiet ta’ sigurtà u għalhekk is-semmiegħa jistgħu jesperjenzaw sinjal fqir fis-settijiet tar-radju tagħhom.
L-Awtorità tax-Xandir titlob apoloġija għal kwalunkwe inkonvenjent.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
10 ta’ Settembru 2018