Konferenza tal-Aħbarijiet fl-Iskema ta’ Xandiriet  għar-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2015

Stqarrija 6/15

Konferenza tal-Aħbarijiet fl-Iskema ta’ Xandiriet 
għar-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2015

Bi tħejjija għar-Referendum tal-11 ta’ April, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli l-iskema ta’ xandiriet tagħha bil-għan li l-Movimenti li jiffurmaw parti mill-kampanja referendarja jkunu jistgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom fuq ix-xandir.

Għal dan il-għan nhar l-Erbgħa 1 t’April 2015, ser tixxandar it-tieni Konferenza tal-Aħbarijiet f’din l-iskema ta’ xandiriet.

Matul din il-Konferenza tal-Aħbarijiet ir-rappreżentant tal-Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej, Joe Perici Calascione se jkun qed jirrispondi għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti minn diversi djar tal-midja b’rabta mal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Din il-Konferenza tal-Aħbarijiet ser tixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20:45 dakinhar stess.

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni

30 ta' Marzu 2015