Cirkulari 06/13
Konferenza Stampa
Nhar Erbgħa, 16 ta’ Jannar 2013 fit-2:30pm se jsir ir-rekording tal-Konferenza Stampa fissensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013 fil-bini ġdid tal-PBS.
Għal din il-Konferenza Stampa il-ġurnalisti se jkollhom l-opportunità li jsaqsu mistoqsijiet lillkelliemi tal-Partit Nazzjonalista li se jkun l-Hon. Tonio Fenech. Is-suġġett magħżul mill-Partit Nazzjonalista se jkun ‘Finanzi Fis-Sod’.
Il-ġurnalisti li se jieħdu sehem f’din il-konferenza stampa huma:
Reno Bugeja f’isem TVM
Jonathan Attard f’isem ONE
Chris Peregin f’isem The Times
Krista Caruana f’isem Kullħadd
James Piscopo f’isem RTK
Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija.
Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS sa mhux aktar tard minn għada it-Tlieta 15 ta’ Jannar sa nofs il-lejl. Dawk lazjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx isegwu dan iddibattitu.
Peress li r-rikording se jibda fit-2:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-recording.
Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira huwa ‘embargoed’ sal-9:45pm ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
14 ta’ Jannar 2013