Elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, 2012

Cirkulari 6/12

 

Elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, 2012

 

Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Frar se jsir ir-recording tad-Dibattitu fl-iskema ta’ xandiriet politiċi magħmula mill-Awtorità tax-Xandir għal Elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, 2012.  Dan id-dibattitu ser jixxandar dak in-nhar stess fuq TVM u Radju Malta wara l-Aħbarijiet tat-8:00 ta’ filgħaxija.

Is-suġġett, magħżul mill-Partit Laburista, ser ikun “Favur il-familji, kontra l-burokrazija”.  Dan id-dibattitu ser ikun immexxi mis-Sur Victor Formosa u l-parteċipanti ser ikunu:

Is-Sur Simon Galea għall-AD

Is-Sinjuri Cyrus Engerer u Aaron Farrugia għall-PL

Dr Paula Mifsud Bonnici u Noel Muscat għall-PN

Membri tal-media li mhumiex parti mill-panel jistgħu jattendu għal dan ir-recording. 

Ir-recording ta’ dan id-dibattitu se jsir fl-istudio tal-Awtorità tax-Xandir fi Triq Mile End il-Hamrun għad l-Erbgħa, 29 ta’ Frar 2012.

Ir-recording jibda f’12.00pm u ghalhekk il-partecipanti huma mitluba sabiex ikunu fil-bini tal-Awtorita mhux aktar tard mis-11.45am. 

Peress lir-recording se jibda f’nofsinnhar, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbu ritratti/filmati.

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira huwa embargoed sad-21.45pm ta’ filgħaxija.

 

Pierre Cassar                                                                                                                                                               28 ta’ Frar 2012

Kap Eżekuttiv