Stqarrija 6/07
Akkuża fir-rigward ta’ One Star Hotel fuq iTV
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża tal-Kap Esekuttiv dwar programm One Star Hotel li xxandar fit-23 ta’ Jannar 2007 fuq iTV.
F’din l-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 46 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li l-istazzjon kien qed jittrasmetti programmi li mhumiex tal-ġeneru ta’ teleshopping.
Wara li l-Awtorita' semgħet lill-Kap Esekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat relattiv, l-Awtorita' kkonkludiet li iTV huwa stazzjon purament ta’ teleshopping u li għalhekk ma setax ixandar drama jew entertainment jew tipi ta’ programmi oħra li mhumiex tal-ġeneru ta’ teleshopping. Fil-każ in kwistjoni l-istazzjon beda juri episodji sħaħ u mhux siltiet ta’ programmi, anke jekk l-għan kien dak li jbiegħ id-dvd’s ta’ One Star Hotel. L-Awtorita' hija tal-fehma li l-wiri ta’ programmi sħaħ fuq iTV mhix konformi mal-liġi u mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja meta wieħed iqis li l-ġeneru ta’ dan il-programm mhux ta’ teleshopping.
Għalhekk, l-Awtorita' kkonkludiet li l-akkuża ġiet ippruvata u wara li rat l-artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir u l-paragrafu 46 tat-Tielet Skeda ta’ l-istess Att, iTV Ltd. kellu jiġi mwiddeb biex ma jirrepetix tali aġir. L-Awtorita' ddiriġiet li f’każ ta’ teleshopping ta’ dvd’s m’għandux jintwera aktar minn għaxar minuti mill-kontenut ta’ dik id-dvd waqt it-teleshopping window u li tibqa’ tintwera l-istess snippet u mhux partijiet differenti ta’ l-istess dvd waqt it-telebejgħ ta’ dvd’s.
Akkuża fir-rigward ta’ Programmi tat-Teleshopping
li xxandru fit-8, 9 u10 ta’ Jannar 2007 fuq TVM
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża tal-Kap Esekuttiv dwar trasmissjonijiet ta’ programmi ta’ teleshopping li xxandru fit-8, 9 u 10 ta’ Jannar 2007 fuq TVM.
Fl-akkuża ġie allegat illi f’dawn il-programmi kien hemm:
- ksur ta’ paragrafu 44 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li ma ssemmitx il-15 days cooling off period;
- ksur tal-paragrafu 34 ta’ l-istess Skeda peress li l-prezzijiet mhux dejjem ingħataw u f’ċerti każijiet ukoll ma ngħatax il-prezz eżatt tal-prodott iżda ngħata prezz approssimattiv;
- ksur ta’ l-istess paragrafu 34 peress li f’ċerti rkejjen ta’ telebejgħ jew jidher l-indirizz jew inkella tingħata informazzjoni ta’ kif wieħed għandu jasal għand dak il-ħanut; u
- ksur tal-paragrafi 30 u 31 ta’ l-istess Tielet Skeda peress illi m’hemmx offerta diretta kif titlob il-liġi.
Wara li l-Awtorita' semgħet lill-Kap Esekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmati relattivi, l-Awtorita' kienet tal-fehma li f’uħud mill-programmi ta’ telebejgħ li saret referenza għalihom fil-monitoring report, l-akkuża ġiet ippruvata.
Din kienet l-ewwel darba li l-Awtorita' kellha dawn l-akkużi quddiemha wara li hija kienet ħarġet l-interpretazzjoni tagħha tad-disposizzjonijiet tal-liġi mertu ta’ din l-akkuża f’Novembru 2006. Għalhekk, peress li din kienet l-ewwel darba li sar dan il-ksur, l-Awtorita' ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon b’dan illi jekk jerġa’ jkun hemm ksur fil-futur tad-disposizzjonijiet tat-telebejgħ, hija tgħaddi biex timponi penali amministrattiva u mhux twiddiba.
Akkuża fir-rigward ta’ Programmi tat-Teleshopping
li xxandru fit-2, 3 u 8 ta’ Jannar 2007 fuq NET TV
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża tal-Kap Esekuttiv dwar trasmissjonijiet ta’ programmi ta’ teleshopping li xxandru fit-2, 3 u 8 ta’ Jannar 2007 fuq NET TV.
Fl-akkuża ġie allegat illi f’dawn il-programmi kien hemm:
- ksur ta’ paragrafu 44 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li ma ssemmitx il-15 days cooling off period;
- ksur tal-paragrafu 34 ta’ l-istess Skeda peress li l-prezzijiet mhux dejjem ingħataw u f’ċerti każijiet ukoll ma ngħatax il-prezz eżatt tal-prodott iżda ngħata prezz approssimattiv;
- ksur ta’ l-istess paragrafu 34 peress li f’ċerti rkejjen ta’ telebejgħ jew jidher l-indirizz jew inkella tingħata informazzjoni ta’ kif wieħed għandu jasal għand dak il-ħanut; u
- ksur tal-paragrafi 30 u 31 ta’ l-istess Tielet Skeda peress illi m’hemmx offerta diretta kif titlob il-liġi.
Wara li l-Awtorita' semgħet lill-Kap Esekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmati relattivi, l-Awtorita' kienet tal-fehma li f’uħud mill-programmi ta’ telebejgħ li saret referenza għalihom fil-monitoring report, l-akkuża ġiet ippruvata.
Din kienet l-ewwel darba li l-Awtorita' kellha dawn l-akkużi quddiemha wara li hija kienet ħarġet l-interpretazzjoni tagħha tad-disposizzjonijiet tal-liġi mertu ta’ din l-akkuża f’Novembru 2006. Għalhekk, peress li din kienet l-ewwel darba li sar dan il-ksur, l-Awtorita' ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon b’dan illi jekk jerġa’ jkun hemm ksur fil-futur tad-disposizzjonijiet tat-telebejgħ, hija tgħaddi biex timponi penali amministrattiva u mhux twiddiba.
Akkuża fir-rigward ta’ Programmi tat-Teleshopping
li xxandru fid-9, 10 u 15 ta’ Jannar 2007 fuq One TV
L-Awtorita' kellha quddiemha akkuża tal-Kap Esekuttiv dwar trasmissjonijiet ta’ programmi ta’ teleshopping li xxandru fid-9, 10 u 15 ta’ Jannar 2007 fuq One TV.
Fl-akkuża ġie allegat illi f’dawn il-programmi kien hemm:
- ksur ta’ paragrafu 44 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li ma ssemmitx il-15 days cooling off period;
- ksur tal-paragrafu 34 ta’ l-istess Skeda peress li l-prezzijiet mhux dejjem ingħataw u f’ċerti każijiet ukoll ma ngħatax il-prezz eżatt tal-prodott iżda ngħata prezz approssimattiv;
- ksur ta’ l-istess paragrafu 34 peress li f’ċerti rkejjen ta’ telebejgħ jew jidher l-indirizz jew inkella tingħata informazzjoni ta’ kif wieħed għandu jasal għand dak il-ħanut; u
- ksur tal-paragrafi 30 u 31 ta’ l-istess Tielet Skeda peress illi m’hemmx offerta diretta kif titlob il-liġi.
Wara li l-Awtorita' semgħet lill-Kap Esekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmati relattivi, l-Awtorita' kienet tal-fehma li f’uħud mill-programmi ta’ telebejgħ li saret referenza għalihom fil-monitoring report, l-akkuża ġiet ippruvata.
Din kienet l-ewwel darba li l-Awtorita' kellha dawn l-akkużi quddiemha wara li hija kienet ħarġet l-interpretazzjoni tagħha tad-disposizzjonijiet tal-liġi mertu ta’ din l-akkuża f’Novembru 2006. Għalhekk, peress li din kienet l-ewwel darba li sar dan il-ksur, l-Awtorita' ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon b’dan illi jekk jerġa’ jkun hemm ksur fil-futur tad-disposizzjonijiet tat-telebejgħ, hija tgħaddi biex timponi penali amministrattiva u mhux twiddiba.
Ilment tal-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija
u Teknoloġija ta’ l-Informatika
L-Awtorita' kellha ilment mill-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informatika fil-konfront ta’ One News li naqas li jirrapporta korrezzjoni datata 25 ta’ Jannar 2007 li għamel il-Ministeru ta’ l-Investiment, l-Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informatika fil-bullettin ta’ l-aħbarijiet ta’ One News.
Għal dan l-ilment l-istazzjon wieġeb illi huwa ma kienx irċieva din il-korrezzjoni mingħand il-Ministeru konċernat.
Wara li l-Awtorita' semgħet lir-rappreżentant tal-Ministeru hawn fuq imsemmi u lill-istazzjon, l-Awtorita' kkonstatat illi fix-xahar ta’ Jannar il-Ministeru konċernat kien bagħat sitt komuniki lil One TV dwar l-istess suġġett mertu ta’ dan l-ilment li minnhom ħamsa ġew rappurtati u waħda le. L-Awtorita' ma tarax għalfejn m’għandhix temmen lill-istazzjon ladarba fl-okkażjonijiet kollha preċedenti dwar dan l-istess suġġett, l-istazzjon kien irrapporta l-komunikazzjonijiet li kien irċieva dwar l-istess suġġett mill-Ministeru konċernat.
Dwar il-proċedura li ġiet addottata dwar dan l-ilment, jiġifieri li l-Ministeru konċernat qed jipproċedi skond l-artikolu 34 ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li ma ngħatax trattament ġust, l-Awtorita' hi tal-fehma li dan l-artikolu ma japplikax f’dan il-każ in vista tal-fatt illi rriżulta li l-istazzjon ma kienx irċieva l-e-mail tal-25 ta’ Jannar 2007 u għalhekk qatt ma seta’ kien fil-pożizzjoni li jxandarha bħalma kien għamel fil-ħames każijiet preċedenti.
Għalhekk, l-Awtorita' kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda każ fil-konfront ta’ One TV.
Mario Axiak 12 ta’ Frar 2007
Kap Komunikazzjoni u Riċerka Ref 63/01, 64/01, 65/01, 5/07, 6/07
Awtorita' tax-Xandir