Ċirkulari 05/26
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħolijiet fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tixtieq tavża li bejn it-Tnejn 31 t’Awissu u l-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2026 ser jitkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur. Minħabba f’hekk, ser tintefa l-Master Antenna u l-Awtorità ser taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva fejn il-qawwa ta’ trażmissjoni tkun ridotta.
Il-manutenzjoni ser issir kuljum bejn id-9:00 u t-15:00. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm preżenti l-persuna/i tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur tal-anqas kwarta qabel il-ħinijiet imsemmija, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma tinqaleb it-trażmissjoni.
Filwaqt li għal darb’oħra nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
12 t’ Awissu 2026
Ref : 15/61