Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

Stqarrija għall-Istampa 05/18
 

Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
 

L-Awtorità tax-Xandir tixtieq tfakkar dwar il-bidla għall-Antenna ta' Riserva skedata għall-Erbgħa, 29 ta' Awissu minn 0700 sa 1300, minħabba xogħlijiet ta' tiswija importanti li qed isiru fuq it-tagħmir li jinsab fuq il-parti ta' fuq tat-Torri. Dan ix-xogħol isir jekk it-temp jippermetti.

Minħabba dan ix-xogħol il-qawwa tat-trazmissjoni ser tkun imnaqqsa għal raġunijiet ta’ sigurtà u għalhekk is-semmiegħa jesperjenzaw sinjal fqir fis-settijiet tar-radju tagħhom.

L-Awtorità tax-Xandir tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.

 

Mario Axiak
27th August 2018
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
Ref 15/61