Konferenza tal-Aħbarijiet fl-Iskema ta’ Xandiriet  għar-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2015

Stqarrija 5/15

 

Konferenza tal-Aħbarijiet fl-Iskema ta’ Xandiriet 
għar-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2015

 

Bi tħejjija għar-Referendum tal-11 ta’ April, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli l-iskema ta’ xandiriet tagħha bil-għan li l-Movimenti li jiffurmaw parti mill-kampanja referendarja jkunu jistgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom fuq ix-xandir. 

Għal dan il-għan nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015, ser tixxandar l-ewwel Konferenza tal-Aħbarijiet f’din l-iskema ta’ xandiriet. 
 
Matul din il-Konferenza tal-Aħbarijiet ir-rappreżentant tal-Moviment SHout Mark Sultana se jkun qed jirrispondi għall-mistoqsijiet tal-ġurnalist minn diversi djar tal-midja b’rabta mal-kaċċa fir-rebbiegħa. 

Din il-Konferenza tal-Aħbarijiet ser tixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20:45 dakinhar stess.
 

 Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
28 ta’ Marzu 2015