Stqarrija 5/13
Wara laqgħa li kellha mal-PBS, l-Awtorità tax-Xandir tinsab sodisfatta bir-relazzjoni li hemm bejnha u l-PBS.
Fost affarijiet oħra, waqt din il-laqgħa ġiet iċċarata l-parteċipazzjoni ta’ ġurnalisti tal-PBS fix-xandiriet tal-Awtorità b’konnessjoni mal-Elezzjonijiet Ġenerali.
Iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu jiltaqgħu skont il-ħtieġa fl-interess tal-ġid tax-xandir f’pajjiżna.
Mario Axiak 14 ta’ Jannar 2013
Kap Riċerka u Komunikazzjoni Ref 10/62/81