Elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, 2012

Cirkulari 5/12

 

Elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, 2012

 

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar se jsir ir-recording tad-Dibattitu fl-iskema ta’ xandiriet politiċi magħmula mill-Awtorità tax-Xandir għal Elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, 2012.  Dan id-dibattitu ser jixxandar dak in-nhar stess fuq TVM u Radju Malta wara l-Aħbarijiet tat-8:00 ta’ filgħaxija.

Is-suġġett, magħżul mill-Alternattiva Demokratikat, ser ikun “Kunsilli Verament tar-Residenti”.  Dan id-dibattitu ser ikun immexxi mis-Sin. Ruth Amaira u l-parteċipanti ser ikunu:

Is-Sur Ralph Cassar għall-AD

Dr Toni Abela u Ms Alison Zerafa għall-PL

Dr Shirley Farrugia u Matthew Paris għall-PN

Membri tal-media li mhumiex parti mill-panel jistgħu jattendu għal dan ir-recording. 

Ir-recording ta’ dan id-dibattitu se jsir fl-istudio tal-Awtorità tax-Xandir fi Triq Mile End il-Hamrun nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar 2012.

Ir-recording jibda fis-1.30pm u ghalhekk il-partecipanti huma mitluba sabiex ikunu fil-bini tal-Awtorita mhux aktar tard mis-1.00pm. 

Peress lir-recording se jibda fis-1:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbu ritratti/filmati.

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira huwa embargoed sad-21.45pm ta’ filgħaxija.

Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalst/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini sa mhux aktar minn għada is-Sibt, 18 ta’ Frar sa nofn in-nhar fuq info.ba@ba.org.mt.  Dawk l-azjendi li ma jibgħatulniex dettalji ma jitħallewx isegwu id-dibattitu.

 

Pierre Cassar                                                                                                                                                                  17 ta’ Frar 2012

Kap Eżekuttiv