Akkużi

Media Release 5/07

 

Akkuża fir-rigward tal-programm “Tista’ Tkun Int” fuq TVM

 

L-Awtorita’ kellha quddiemha akkuża dwar il-programm “Tista’ Tkun Int” li xxandar fuq TVM fis-6 ta’ Lulju, 2006.

F’din l-akkuża ġie allegat li f’dan il-programm kien hemm ksur tal-paragrafu 4 tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri, ta’ l-artikoli 20(1) u (3) ta’ l-Att dwar ix-Xandir u tal-paragrafi 3.1.6, 4.1.6 u 4.1.7 tal-Linji Gwida dwar is-Sehem ta’ Nies Bla }arsien Xieraq.

Wara li l-Awtorita’ rat u semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon konċernat u rat ukoll il-filmat relattiv, hija kkonkludiet li l-akkuża ġiet ippruvata u li kien hemm ksur tal-paragrafu 4 tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri u tal-paragrafi 3.1.6, 4.1.6 u 4.1.7 tal-Linji Gwida dwar is-Sehem ta’ Nies Bla }arsien Xieraq, liema Linji Gwida jinterpretaw id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi paragrafu 4 tal-Kodiċi hawn fuq ċitat.  L-Awtorita’ sabet ukoll ksur tal-artikolu 20(1) ta’ l-Att dwar ix-Xandir li taħtu sar dan il-Kodiċi izda mhux ta’ l-artikolu 20(3) ta’ l-istess Att. 

B’mod partikolari, l-Awtorita’ hija tal-fehma illi meta hija ddelegat lill-Aġenzija Appoġġ biex tagħmel pre-screening session dan kellu jsir sabiex jiġi zgurat li ma jixxandrux programmi bil-parteċipazzjoni ta’ minuri li, fi kliem l-istess paragrafu 4 ta’ dan il-Kodiċi, “jistgħu jagħmlu ħsara lill-izvilupp fiziku, mentali u morali” lill-istess minuri. Mhux hekk biss, izda irrizulta a sodisfazzjoni ta’ l-Awtorita’ li għalkemm il-pre-screening session saret, il-produttur indipendenti għazel li jinjora għal kollox ir-rizultat tal-pre-screening session u minflok jingaġġa persuna oħra li mhix rikonoxxuta mill-Awtorita għal dak l-iskop biex hija tagħmel minflok il-pre-screening session li fil-fatt kienet ġa saret, għalkemm b’ezitu negattiv għall-istess produttur indipendenti, mill-Aġenzija Appoġġ. L-Awtoritaċ għalhekk ma tistax taċċetta li jsiru programmi bil-parteċipazzjoni ta’ minuri meta l-Aġenzija Appoġġ - li hija l-konsulent afdat mill-Awtoritaċ biex tagħtiha pariri professjonali dwar din il-materja u li l-Awtoritaċ m’għandha l-ebda dubbju dwar il-professjonalita’ tagħha u li zgur mhux se tiddisturba l-evalwazzjoni professjonali magħzula mill-istess Aġenzija - kienet espressament u bil-miktub kitbet rapport biex il-minuri in kwistjoni ma tipparteċipax f’dak il-programm.

Għalhekk, wara li rat l-paragrafu 4 tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri l-Awtorita’ ddeċidiet li d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi nkissru. Wara li l-Awtorita’ rat ukoll l-artikolu 41 tal-Att dwar ix-Xandir u l-}ames Skeda annessa miegħu, l-Awtoritaċ imponiet penali amministrattiva fil-konfront ta’ TVM fl-ammont ta’ elf Lira Maltija (Lm1,000), liema penali għandha titħallas fi zmien xahar. L-Awtoritaċ iddiriġiet ukoll lill-istazzjonTVM biex jaqra sunt ta’ din id-deċizjoni fl-aħbarijiet prinċipali.

 

Akkuża fir-rigward tat-Trasmissjonijiet bejn is-7.00a.m. u s-7.00p.m. tal-5 ta’ Jannar 2007 fuq iTV

L-Awtorita’ kellha quddiemha akkuża tal-Kap Eżekuttiv dwar trasmissjonijiet bejn is-7.00a.m. u s-7.00p.m. li xxandru fil-5 ta’ Jannar 2007 fuq iTV.

 Fl-akkuża ġie allegat illi:

  1. ksur ta’ paragrafu 44 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li ma ssemmitx il-15 days cooling off period; 
  2. ksur tal-paragrafu 34 ta’ l-istess Skeda peress li l-prezzijiet mhux dejjem ingħataw u f’ċerti każijiet ukoll ma ngħatax il-prezz eżatt tal-prodott iżda ngħata prezz approssimattiv;
  3. ksur ta’ l-istess paragrafu 34 peress li f’ċerti rkejjen ta’ telebejgħ jew jidher l-indirizz jew inkella tingħata informazzjoni ta’ kif wieħed għandu jasal għand dak il-ħanut; u 
  4. ksur tal-paragrafi 30 u 31 ta’ l-istess Tielet Skeda peress illi m’hemmx offerta diretta kif titlob il-liġi.

Wara li l-Awtorita’ semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, dan ta’ l-aħħar informa lill-Awtorita’ li huwa kien ħa l-passi kollha meħtieġa biex jirrimedja għal dak li kien ġie allegat fl-akkuża u li għalhekk l-istazzjon issa ġie konformi mal-liġi.  Peress li din kienet l-ewwel akkuża fil-konfront ta’ iTV u li dan l-istazzjon m’ilux ħafna li beda jxandar, l-Awtorita’ - wara li rat l-artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir u l-paragrafi 30, 31, 34 u 44 tat-Tielet Skeda ta’ l-istess Att - iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jerġax jirrepeti tali aġir.

 

Akkuża fir-rigward tal-Film The Pelican Brief fuq Melita Movie Channel

L-Awtorita’ kellha quddiemha akkuża dwar il-film The Pelican Brief li xxandar fl-10 ta’ Jannar, 2007 fuq Melita Movie Channel.

F’din l-akkuża ġie allegat li dan il-film li xxandar fis-1.40p.m. ma kienx addattat għal ħin li fih ixxandar tenut kont li l-programm kien ċertifikat bħala tajjeb għal udjenza minn sittax-il sena ‘l fuq u dan bi ksur tal-artikolu 13(2)(a) ta’ l-Att dwar ix-Xandir, il-paragrafi 3 u 4 tal-Kodiċi tax-Xandir dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Avviż Legali 160 ta’ l-2000) u l-Family Viewing and Listening Policy ta’ l-Awtorita' tax-Xandir. 

Wara li l-Awtorita’ semgħet lill-kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat relattiv, hija kkonkludiet li l-film in kwistjoni kellu xeni ta’ dmija u vjolenza li ma kienux addattati għal udjenza magħmula minn tfal u dan tenut kont tal-fatt illi l-ħin li fih ixxandar dan il-film huwa f’ħin tat-tfal.  Fil-fatt l-Awtorita’ tixtieq tippreċiza illi qari akkurat tal-Family Viewing and Listening Policy jagħmilha ċara li kulma jista’ jixxandar qabel id-9.00p.m. huma dawk il-programmi li jkollhom klassifika tagħhom bħala “Universal” jew “Parental Guidance”.  Films li huma rated “sixteen” bħal dak mertu ta’ din l-akkuża mhumiex permessi li jixxandaru fil-ħin tat-tfal izda għandhom jixxandru wara d-9.00p.m.

Wara li rat l-paragrafi 3 u 4 tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri, l-artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir u l-}ames Skeda annessa ma’ dak l-Att, l-Awtorita’ imponiet penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf Lira Maltija (Lm1,000), liema penali amministrattiva għandha titħallas fi zmien xahar.

 

Mario Axiak                                                                                                                                                                        6 ta’ Frar 2007

Kap Komunikazzjoni u Ricerka

Awtorita' tax-Xandir