Stqarrija għall-Istampa 04/18
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
Minħabba xogħol ta’ tiswijiet fuq it-Torri tal-Għargħur, ix-xandir tar-radjijiet nazzjonali ser jaqleb fuq l-Antenna ta’ Riserva nhar l-Erbgħa, 22 t’Awwissu 2018 bejn is-7:00 u l-11:00 u nhar l-Erbgħa, 29 t’Awwissu bejn is-7:00 u s-13:00. Dan ix-xogħol isir jekk it-temp jippermetti.
Minħabba dan ix-xogħol il-qawwa tat-trazmissjoni ser tkun imnaqqsa għal raġunijiet ta’ sigurtà u għalhekk is-semmiegħa jesperjenzaw sinjal fqir fis-settijiet tar-radju tagħhom.
L-Awtorità tax-Xandir tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.
Mario Axiak
20th August 2018
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
Ref 15/61