Skema ta’ Xandiriet Politiċi Għall-Elezzjoni Ġenerali 2026

Stqarrija għall-Istampa

14 ta’ Mejju 2026

Stq: 03/26 

Skema ta’ Xandiriet Politiċi

Għall-Elezzjoni Ġenerali 2026

L-iskema ta’ xandiriet politiċi organizzata mill-Awtorità tax-Xandir tkompli għada, il-Ġimgħa, b’dibattitu politiku bejn rappreżentanti mill-Partit Nazzjonalista u mill-Partit Laburista. It-tema magħżula mill-Partit Nazzjonalista għal din ix-xandira hija “Nifs Ġdid”.

F’isem il-Partit Nazzjonalista se jieħdu sehem Dr Darren Carabott u Dr Conrad Borg Manché, filwaqt li f’isem il-Partit Laburista se jipparteċipaw Dr Miriam Dalli u Dr Jonathan Attard.

Dan id-dibattitu se jitmexxa minn Liam Carter u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fil-21.15.