Konferenza Stampa

Ċirkulari 03/13 

Konferenza Stampa 

Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Jannar 2013 fit-2:00pm se jsir ir-rekording tal-Konferenza Stampa fis-­sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013.   

Għal din il-Konferenza Stampa il-ġurnalisti se jkollhom l-opportunità li jsaqsu mistoqsijiet lill-­kelliemi tal-Partit Laburista li se jkun Dr Konrad Mizzi. Is-suġġett magħżul mill-Partit Laburista se jkun ‘Kontijiet Orħos – Arja Aktar Nadifa’. 

Il-ġurnalisti li se jieħdu sehem f’din il-konferenza stampa huma: 

Jesmar Baldacchino f’isem Radio 101 

Amy Borg f’isem Il-Mument 

Roberta Fenech f’isem It-Torċa 

Sergio Mallia f’isem TVM 

Kurt Sansone f’isem The Times 

Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-Radju 106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija. 

Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording.  Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 14 ta’ Jannar sa nofsinhar.  Dawk l­-ażjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx isegwu dan id­dibattitu. 

Peress li r-rikording se jibda fit-2:00pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-recording. 

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira huwa ‘embargoed’ sal-9:45pm ta’ filgħaxija. 

 

Pierre Cassar 

Kap Eżekuttiv 

11 ta’ Jannar 2013