Ċirkulari lill-Entitajiet Kollha li Jagħmlu Użu mit-Torri tal-Għargħur

Ċirkulari 1/14

 

Ċirkulari lill-Entitajiet Kollha li Jagħmlu Użu mit-Torri tal-Għargħur

 

Minħabba xogħol urġenti ta’ manutensjoni li għandu bżonn isir fuq xi apparat fuq it-Torri tal-Għargħur u kif ukoll fuq is-sistema tal-elettriċità li tinkludi it-trasferiment tal-istess sistema għal fuq smart meters, jenħtieġ li s-servizzi tar-radjijiet u l-eletriku jiġu sospiżi għal perjodu ta’ madwar erba’ siegħat.

Jekk it-temp jippermetti, dan ix-xogħol huwa ppjanat li jseħħ nhar is-Sibt, 1 ta’ Frar 2014 bejn is-0600 u l-1100. F’każ li x-xogħol jitlesta qabel, il-provista tas-servizzi tirritorna qabel.

Nixtieq navżakhom illi huwa importanti li kull enti jkollha rappreżentant fuq il-post tul il-ħidma kollha u wkoll li kwalunkwe stazzjon li ma jitfix is-servizz hu, se jintefa mill-main switch.

Filwaqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent, nirringrazzjawkom tal-kollaborazzjoni tagħkom.

 

Pierre Cassar                                                                                                                                                               27 ta’ Jannar 2014

Kap Eżekuttiv                                                                                                                                                              Ref 15/61/9/6