XFM - The XFM Big Breakfast - 13 ta' Frar, 2015

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta XFM dwar l-edizzjoni tal-programm The XFM Big Breakfast li xxandar fit-13 ta Frar, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 13(2)(a) tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt dan il-programm, il-prezentaturi ghamlu diversi rimarki li jitqiesu li jmorru kontra l-gosti tajbin u d-decenza. Dawn ir-rimarki xxandru waqt hin li fih setghu kienu qed isegwu l-programm minuri u ghalhekk jinhass li tali kummenti kienu barra minn lokhom.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sinjuri Jason Zammit u Konrad Bezzina ghan-nom u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fil-21 t April, 2015.

Il-Kap Ezekuttiv bhal fil-kaz precedenti sahaq li din l-akkuza ma kienitx qed timmina d-dritt fundamentali tal-Liberta tal-Espressjoni u zied li kien jirrikonoxxi li d-definizzjoni ta gosti tajbin kienet suggettiva madanakollu kien tal-fehma li certi kummenti b konnotazzjoni sesswali ma kienux xierqa.

Minn naha tieghu s-Sur Bezzina qal li l-istazzjon ma kienx qed jikkontesta l-akkuza u l-istazzjon kien lest li jaghmel dawk l-aggustamenti necessarji sabiex jikkonforma pjenament mal-ligi. Zied li f dan il-kaz wiehed ried izomm f mohhu l-kuntest li fih kienu saru il-kummenti li dwarhom kien hemm oggezzjoni u kif ukoll il-bidla fil-kultura.

Is-Sur Zammit qal li l-kummenti, l-istejjer u l-argumenti diskussi fil-programmi kienu gew rilevati mill-gurnali u ghalhekk kulhadd kellu access ghalihom. Sahaq li d-dicenza u gosti tajbin xi drabi kienet materja suggettiva, u bhala prezentatur ried jitghallem u jkollu linji gwida dwar x setgha jghid f dan il-kuntest biex il-programm izomm l-udjenza u certu livell ta produzzjoni.

L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u filwaqt li ddiskutiet fit-tul kemm il-parametri ta x jikkostitwixxi gosti tajbin u kif ukoll is-sensittività tal-kaz b referenza ghal akkuzi ohra fil-passat, qablet li l-akkuza kienet giet ippruvata. L-Awtorità filwaqt li rritjeniet il-posizzjoni taghha li bl-ebda mod ma riedet tmur kontra id-dritt fundamentali tal-Libertà tal-Espressjoni li ghandu kull stazzjon, kif gie deciz precedentement mill-istess Awtorita` hija kellha d-dmir li tipprotegi lis-semmiegha u ma kienitx thoss li stazzjon, li jxandar fuq frekwenza nazzjonali ghandu l-htiega li juza kontenut b konnotazzjoni sesswali biex jattira udjenza.

L-Awtorità sahqet li anke jekk tali kontenut kien gie uzat u rilevat minn gurnali, il-fatt li s-servizz tar-radju huwa diffuz l-udjenza kienet tinkludi wkoll persuni li ma jkunux familjari maghhom u kien ghalhekk li tali kontenut br-ragun ikun kkunsidrat bhala li jmur kontra l-provvedimenti tal-Ligi Dwar ix-Xandir fir-rigward ta gosti tajbin. L-Awtorita` thoss li tkun qed tonqos jekk thalli tali prattici ghaddejjin minghajr ma tiehu passi, u ghalhekk, filwaqt li qed twissi lill-istazzjon biex jassigura li tali ksur tal-ligi ma jirrepetix ruhu, minhabba li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon ikkommetta ksur simili, iddecidiet li ma timponix l-penali prevista mil-ligi.

Illum 30 t April, 2015