Decizjoni dwar Akkuza fil-Konfront ta TVM2 rigward il-programm Xift li xxandar fit-8 ta Marzu, 2018
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM2 dwar l-edizzjoni tal-programm Xift li xxandar fit-8 ta Marzu, 2018 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt dan il-programm ixxandret rokna informattiva mal-make-up artist Antonella Mizzi li fiha l-mistiedna tat informazzjoni dwar il-concealer. Il-programm kompla b ringrazzjamenti lill-isponsors fejn intqal “make-up by Antonella” u sussegwentament b waqfa ghar-reklami. F din is-sensiela ta reklami, ixxandar reklam ta make-up by Antonella li fih dehret propju l-istess Antonella Mizzi. Ta min jirrimarka wkoll li Antonella Mizzi hija wahda mill-isponsors principali tal-programm Xift.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micalleff li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u li kien akkumpanjata mis-Sur Jean Claude Micallef ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fit-2 ta Mejju, 2018.
Minn naha tieghu s-Sur Jean Claude Micallef qal li wara li kienet digà ngibdet l-attenzjoni tal-istazzjon dan kien ha l-mizuri biex jirrettifika n-nuqqas madanakollu jidher li wara ftit zmien dan in-nuqqas irrepeta ruhu. Zied li dan il-kaz kien attribwit ghall-fatt li l-presentation officer tal-istazzjon irid ilahhaq ma zewg trazmisjonijiet kontemporanjament, sitwazzjoni xejn felici u li setghet tohloq problemi kif fil-fatt gara.
Is-Sur Jean Claude Micallef talab l-intervent tal-Awtorità biex l-istazzjon jindirizza din is-sitwazzjoni.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni minn naha tal-istazzjon u l-fatt li minkejja li kienet ingibdet l-attenzjoni sussegwentement in-nuqqas rega rrepeta ruhu u qablet li kellha timponi l-penali ridotta ta €1750 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika u fin-nuqqas ta dan l-Awtorità kienet ser tipprocedi legalment kontra l-istazzjon minghajr avviz iehor.
Illum id-9 ta Mejju, 2018