Ilment mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Limited – Xarabank tal-Gimgha 20 ta Marzu 2020
L-Awtorita kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Limited rigward l-edizzjoni tal-programm Xarabank li xxandret fl-20 ta Marzu 2020. F korrispondenza datata 21 ta Marzu 2020 il-Partit ilmenta mal-PBS ghall-fatt li f dan il-programm kienu mistednin u ppartecipaw il-Ministru ghall-Ekonomija, Investiment u Negozji Zghar Silvio Schembri u l-Ministru ghall-Edukazzjoni u x-Xoghol Owen Bonnici u li t-tnejn li huma tkellmu dwar il-pozizzjoni tal-Gvern u ddefendew lilhom infushom u lill-Gvern li jiffurmaw parti minnu mill-kritika fil-konfront taghhom.
Il-Partit Nazzjonalista zied jghid li ghalkemm f partijiet mill-programm intervjenew diversi persuni ohra, fl-ebda parti tal-programm ma nghata spazju lil xi rapprezentant tal-Partit Nazzjonalista u b hekk l-Oppozizzjoni ma nghatatx l-opportunità li twassal il-pozizzjoni u l-kritika taghha dwar id-decizjonijiet u n-nuqqas ta azzjoni mill-Gvern dwar l-imxija tal-Coronavirus (COVID-19) f pajjizna.
Il-Partit Nazzjonalista sahaq li b dan in-nuqqas, TVM holoq sitwazzjoni ta nuqqas ta imparzjalità dwar haga li hija ta kontroversja politika kurrenti. Huwa qal ukoll li b hekk, l-istazzjon nazzjonali naqas milli jizgura li l-facilitajiet u l-hin tax-xandir ikunu maqsuma b mod xieraq bejn persuni li jkunu ta partiti politici differenti u dan sar bi ksur tal-obbligi tal-istazzjon nazzjonali taht l-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni ta Malta u d-dispozizzjonijiet tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semghet virtwalment lill-Avukat Francis Zammit Dimech u lill-Avukat Karol Aquilina li dehru f isem il-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja li kien akkumpanjat mill-Avukat Mark Vassallo u l-produttur tal-programm is-Sur Peppi Azzopardi. Prezenti ghal dan is-smigh virtwali kien hemm ukoll is-Sur Jesmar Baldacchino (Partit Nazzjonalista) u s-Sur Mark Laurence Zammit (parti mit-tim tal-Produzzjoni).
Minn naha tieghu Dr Karol Aquilina kkontenda li dan il-programm kien ixxandar gimgha wara l-programm tat-13 ta Marzu u ghat-tieni gimgha konsekuttiva l-Oppozizzjoni ma kinitx inghatat spazju u ma dehret imkien. Zied li gimgha wara l-ewwel programm, u biex il-Gvern ikompli jirribatti u jilqa ghall-kritika gew mistiedna l-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru Silvio Schembri u ma gie mistieden hadd biex jipprezenta l-veduti tal-Oppozizzjoni minkejja li din kellha kelliema li setghu jaghmlu dan. Dr Aquilina qal li l-Oppozizzjoni kellha kelliema li setghu jintervjenu fid-dibattitu. Stieden lill-Awtorità tax-Xandir tara l-programm biex tara l-argumenti politici li gew trattati dwar il-mizuri ekonomici/finanzjarji imhabbra mill-Gvern u fejn l-Oppozizzjoni kellha taghmel l-argumenti taghha. Dr Aquilina qal li fir-risposta tieghu s-Sur Reno Bugeja qal li l-gimgha ta wara kien ser ikun mistieden Dr Adrian Delia u dan wara zewg programmi li kienu diga xxandru li fihom dehru biss kelliema tal-Gvern. Zied li r-risposti kellhom jinghataw fil-programm dak il-hin mhux gimghatejn wara.
Is-Sur Peppi Azzopardi qal li minn kuntatt li kellu Xarabank mal-pubbliku dan esprima zewg preokkupazzjonijiet partikolari u cioe il-pakkett finanzjarju u l-edukazzjoni. Zied li jekk wiehed kellu jara l-programm fejn kien mistieden l-Onorevoli Owen Bonnici isib li l-mistoqsijiet ma kinux ta natura politika izda ta natura prattika u allura wiehed jistaqsi jekk kienx jaghmel sens li jkollok partecipazzjoni mill-Oppozizzjoni, jew minflok domandi diretti lil Ministru kif fil-fatt sar. Zied li fl-istess programm il-Ministru Bonnici habbar li kienu ser jinghataw laptops lil dawk l-istudenti li ma kellhomx mezzi. Dwar l-intervista lill-Onorevoli Silvio Schembri s-Sur Azzopardi qal li f dan il-kaz kien hemm attakk kontra l-Gvern minn negozjanti u proprju l-produzzjoni dahhlet live lil Abigail Mamo (CEO – Malta Chamber of SMEs) waqt il-programm. Is-Sur Azzopardi qal li Xarabank habbar live li kien ser ikollu lill-Kap tal-Oppozizzjoni fil-programm sussegwenti ghax f dak il-mument, tliet gimghat wara kien inhass il-bzonn minhabba li kien hemm kontroversja.
Dr Mark Vassallo qal li s-sottomissjonijiet tieghu fil-kaz precedenti (13 ta Marzu) kienu japplikaw ghal dan l-ilment ukoll. Zied li l-Legislazzjoni Sussidjarja 350.14 hekk kif interpretata mill-Awtorita tax-Xandir fil-kaz ta ilment tal-Partit Laburista kontra PBS Limited dwar programm li xxandar fit-28 ta Frar u s-7 ta Marzu 2011, fejn l-Awtorita ddecidiet kontra l-ideja zbaljata li fi programm ikun hemm rapprezentanza tal-partiti kollha. Dr Vassallo qal li fil-kaz tal-Onerevoli Schembri kien hemm il-Malta Chamber of SMEs li pprezentaw argumenti iebsin, filwaqt li fil-kaz tal-Edukazzjoni kien hemm il-genituri li staqsew u kkonfrontaw lill-Onorevoli Owen Bonnici. Zied li l-fatt li Dr Delia kien mistieden wahdu u l-hin li nghata fil-programm tas-27 ta Marzu kien jikkancella l-ilmenti tal-Partit Nazzjonalista.
Dr Francis Zammit Dimech qal li fattwalment u oggettivament skond il-ligi tax-Xandir id-dmir tax-xandâr ma kienx osservat bl-ahjar mod anke jekk kien hemm l-ahjar intenzjonijiet. Dr Karol Aquilina qal li l-fatti juru li xxandru zewg programmi bil-partecipazzjoni ta esponenti tal-Gvern fin-nuqqas ta rapprezentanza mill-Partit Nazzjonalista.
L-Awtorita hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li rat id-dokumentazzjoni relattiva u l-programm in kwistjoni, u wara li rreferiet ghal decizjonijiet precedenti, ikkostatat issegwenti illi apparti l-esponenti tal-Gvern f parti ohra tal-programm kien hemm interventi minn rapprezentanti ta entijiet ohra izda mhux il-veduti tal-Oppozizzjoni.
In vista ta dawn il-kunsiderazzjonijiet l-Awtorità ddecidiet li l-fatt li l-istazzjon xandar l-veduti ta entjiet ohra li kellhom interess fit-temi diskussi apparti l-esponenti tal-Gvern, u allura fuq din il-materja ma kellhomx jithallew barra l-veduti tal-Oppozizzjoni. F dan il-kaz, in-natura tal-programm kienet titlob li rapprezentanti tal-Oppozizzjoni jkunu prezenti u jinghataw spazju fl-istess programm.
L-Awtorità thoss li dan in-nuqqas ikkawza nuqqas ta imparzjalità hekk kif protett bil-ligi u ghal din ir-raguni kienet qed tilqa l-ilment tal-Partit Nazzjonalista. Madankollu f dan il-kaz ma ghandu jinghata ebda rimedju.