Ilment mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Limited – Xarabank tal-Gimgha 13 ta Marzu 2020
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Limited rigward l-edizzjoni tal-programm Xarabank li xxandret fit-13 ta Marzu 2020. F korrispondenza datata 14 ta Marzu 2020 il-Partit ilmenta ghall-fatt li fl-ewwel parti ta dan il-programm ppartecipa biss il-Prim Ministru Dr Robert Abela li skond l-istess ilment tkellem dwar il-pozizzjoni tal-Gvern u ddefenda lilu nnifsu u lill-Gvern mmexxi minnu mill-kritika fil-konfront taghhom. Il-Partit Nazzjonalista zied jghid li ghalkemm fit-tieni parti tal-programm kienu mistiedna diversi persuni ohra, fl-ebda parti tal-programm ma nghata spazju lil xi rapprezentant tal-Partit Nazzjonalista u b hekk, l-Oppozizzjoni ma nghatatx l-opportunità twassal il-pozizzjoni u l-kritika taghha dwar id-decizjonijiet u n-nuqqas ta azzjoni mill-Gvern dwar l-imxija tal-Coronavirus (COVID-19) f pajjizna.
Il-Partit Nazzjonalista sahaq li b dan in-nuqqas, TVM holoq sitwazzjoni ta nuqqas ta imparzjalità dwar haga li hija ta kontroversja politika kurrenti. Intqal ukoll li b hekk, l-istazzjon nazzjonali naqas milli jizgura li l-facilitajiet u l-hin tax-xandir ikunu maqsuma b mod xieraq bejn persuni li jkunu ta partiti politici differenti u dan sar bi ksur tal-obbligi tal-istazzjon nazzjonali taht l-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni ta Malta u d-dispozizzjonijiet tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semghet virtwalment lill-Avukat Francis Zammit Dimech u lill-Avukat Karol Aquilina li dehru f isem il-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja li kien akkumpanjat mill-Avukat Mark Vassallo u l-produttur tal-programm is-Sur Peppi Azzopardi. Prezenti ghal dan is-smigh virtwali kien hemm ukoll is-Sur Jesmar Baldacchino (Partit Nazzjonalista) u s-Sur Mark Laurence Zammit (mit-tim tal-produzzjoni ta Xarabank).
Minn naha tieghu l-Avukat Karol Aquilina f isem il-Partit Nazzjonalista kkontenda li dan il-programm sar waqt cirkostanzi partikolari hafna ta pandemija u fejn il-Gvern, l-Oppozizzjoni u s-Socjeta Civili ma kinux qed jaqblu fuq numru t affarijiet li kienu ghaddejjin. Zied li f dawn ic-cirkostanzi waqt l-imsemmi programm il-Prim Ministru ma tkellimx fuq fatti izda esprima opinjoni u argumenti politici fejn iddefenda kritika li kienet qed issir u kien ghalhekk li l-Partit kien ihoss li l-Oppozizzjoni kellha tinghata spazju ssemma lehinha fl-istess okkazjoni. Dr Aquilina qal li dibatittu politiku kien jitlob d-diskussjoni ssir dakinhar stess sabiex in-nies ikollhom il-possibiltà jiggudikaw u ma kienx jaghmel sens li l-bilanc jintlahaq wara, permezz ta programmi ohra.
Dr Aquilina qal li kuntrarjament ghal dak li wiegeb l-istazzjon fit-twegiba tal-istess ilment, il-bilanc ma setax jintlahaq xi zmien iehor izda bilfors ried u kellu jintlahaq immedjatament u ma seta qatt jinghata rimedju tliet gimghat wara minhabba c-cirkustanzi partikolari tal-grajja kurrenti li kienet qed tinbidel minn jum ghal iehor.
Dr Mark Vassallo in rapprezentanza tal-istazzjon qal li l-programm kien ixxandar lejlet li thabbru l-mizuri finanzjarji li kellhom l-ghan jassistu ‘l dawk affetti mill-pandemija. L-istazzjon stieden lil Prim Ministru bhala dik il-persuna li fic-cirkostanzi partikolari setghet taghti l-informazzjoni lill-pubbliku. Zied li l-obbligu li f xandira wahda jkun hemm opinjonijiet tal-partijiet kollha ma kien johrog mill-ebda ligi u sahansitra l-Legislazzjoni Sussidjarja 350.14 li kienet ligi specjali, ma kinitx tipprovdi li l-programm ikun bilancjat fih innifsu izda li l-bilanc seta jintlahaq fuq serje ta programmi.
Dr Vassallo qal li fil-programm il-Prim Ministru spjega u ta indikazzjoni tal-mizuri li kien ser ihabbar il-Gvern l-ghada. Zied li fil-passat kien hemm cirkostanzi fejn fi programmi ta PBS Ltd gew mistiedna rapprezentanti tal-Gvern wahedhom bil-gustifikazzjoni tkun li l-bilanc kien jintlahaq fuq serje ta programmi bhal fil-kaz tal-kwistjoni fil-Libja fejn l-istazzjon kien stieden lill-Prim Ministru ta dak iz-zmien Dr Laurence Gonzi. Dr Vassallo qal li bl-istess mod issa kien gie mistieden il-Prim Ministru Robert Abela. Dr Vassallo qal li fil-programm in kwistjoni ma kienx hemm element ta kontroversja u fl-edizzjoni li xxandret fis-27 ta Marzu l-Kap tal-Oppozizzjoni kellu l-hin kollu jitkellem u jesprimi l-veduti tal-Oppozizzjoni. Dr Vassallo qal li f dan il-kaz il-PBS Ltd agixxiet skond il-provvedimenti ta paragrafu 12 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.14 u b konformita mal-obbligi taghha.
Minn naha tieghu is-Sur Peppi Azzopardi f isem il-produzzjoni qal li f dawn il-kazi wiehed ma riedx jinsa l-partecipazzjoni u r-rwol tal-gurnalist li kien hemm biex jistaqsi l-mistieden domandi li kienu qed jaghmlu n-nies u dan fih innifsu wkoll johloq bilanc.
Dr Karol Aquilina sahaq li l-ghan tal-ligi kien li l-bilanc jintlahaq fil-programm innifsu. Zied li din ma kinitx sitwazzjoni normali ghax kull minuta kienet qed issir domanda u l-kritika kienet tali li l-Oppozizzjoni kellha tigi mistiedna. Zied li l-argumenti tal-Oppozizzjoni kienet taghmilhom hi u mhux il-gurnalist li jkun qed jaghmel id-domandi u f dawn ic-cirkostanzi straordinarji kien l-obbligu tal-istazzjon nazzjonali illi jara li f dak il-programm ikun hemm il-veduti tal-Oppozizzjoni.
Dr Francis Zammit Dimech qal li kellha tkun il-Kostituzzjoni li tindika kif wiehed jinterpreta l-Legislazzjoni Sussidjarja peress li kienet il-ligi suprema. Zied li l-Kostituzzjoni kienet tirreferi ghat-tqassim ta facilitajiet u hin b mod xieraq bejn persuni li jkunu ta partiti politici differenti biex tinzamm imparzjalità xierqa dwar hwejjeg ta kontroversja politika ... jew li jirriferixxu ghal policy pubblika korrenti. Dr Zammit Dimech qal li kellu jkun hemm sforz akbar biex id-diskussjoni ssir b mod immejdat fl-istess okkazjoni. Zied illi l-programm tat-13 ta Marzu sar lejlet it-thabbir tal-mizuri finanzjarji li ziedu mal-element tal-kontroversja politika izda l-imparzjalita fil-ligi ma kienitx marbuta biss mal-kontroversja politika izda anke l-politika kurrenti.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat id-dokumentazzjoni u l-programm in kwistjoni u wara li rreferiet ghal decizjonijiet precedenti ikkostatat is-segwenti u cioe;
i) Illi l-edizzjoni tal-programm Xarabank tat-13 ta Marzu kienet wahda straordinarja fic-cirkostanzi li kienu qed jizviluppaw fil-pajjiz minhabba l-imxija tal-Covid-19.
ii) Illi f dak il-mument kritiku l-pubbliku kien jehtieg informazzjoni u risposti cari ghal domandi u incertezzi li kienu qed jizviluppaw minn hin ghal iehor.
iii) Illi dan il-kaz kien simili hafna ghal dak trattat mill-Awtorità fl-2011 b konnessjoni mal-krizi fil-Libja fejn kien gie rrijaffermat il-principju li programmi f forma one-to-one mhux necessarjament jikkostitwixxu zbilanc ghall-fini tal-ligi.
iv) Illi sa dakinhar il-Gvern kien ghadu ma habbarx mizuri intenzjonati sabiex jikkontrasta din is-sitwazzjoni u l-intervent tal-Prim Ministru kien wiehed informattiv u mhux ta natura kontroversjali.
L-Awtorità kienet tal-fehma illi fil-mument partikolari u ta emergenza nazzjonali u mondjali kien idoneu li l-istazzjon jistieden lill-Prim Ministru biex iwiegeb ghad-domandi u l-preokkupazzjonijet tal-pubbliku stante li din l-informazzjoni setghet biss tinghata mill-Prim Ministru tal-pajjiz kif fil-fatt kien qed isehh fil-pajjizi barranin kollha. F dan l-istadju ma kienx opportun li ssir diskussjoni poliitka u/jew titqajjem kontroversja politika.
In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità ddecidiet illi f dan il-kaz partikolari l-ilment tal-Partit Nazzjonalista ma jissussitix u ghalhekk m ghandux jintlaqa .