TVM - Waranofsinhar - 26 ta' Novembru, 2018

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm Waranofsinhar li xxandar fis-26 ta Novembru, 2018

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm Waranofisnhar li xxandar fis-26 ta Novembru, 2018, fejn gie allegat ksur ta Paragrafu 4.1.10 (ii) u Paragrafu 4.1.10 (i) tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.15 meta matul dan il-programm gew intervistati Russell Sammut mit-team tal-Istrina u Raisa, li fl-istudio maghha kellha lil binha Daylon li ghandu inqas minn tliet snin u ma kellux wiccu mghotti skont il-provvedimenti tal-Ligi. In oltre, fl-istess taqsima intwera ukoll filmat ta hut Daylon li huma minorenni meta ma giex ipprezentat media report taghhom.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Reuben Zammit, Quality Assurance Manager, li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon li kien akkumpanjat mis-Sur John Camilleri, ufficcjal mill-kumitat organizzattiv tal-Istrina, f seduta li nzammet fil-5 ta Dicembru, 2018.

Is-Sur Zammit qal li l-istazzjon kien konxju mil-ligi u sensittiv fil-konfront ta persuni bla harsien xieraq, madankollu fil-kaz in kwistjoni nhass li ma kellhiex tkun problema li jidher wicc it-tifel stante li l-istorja kienet wahda ta success. Zied li l-Istrina minn dejjem kienet avveniment nazzjonali ta importanza sinjifikanti u kull sena l-istazzjon kien jassisti lill-Community Chest Fund billi jipprovdi l-airtime tul il-kampanja kollha.

Is-Sur Zammit qal li peress li l-programm Waranofsinhar kien wiehed live u farmed out, il-kontroll fuq il-kontenut minn naha tal-istazzjon kien aktar difficli.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon, u wara li rat il-filmat relattiv iddecidiet li l-akkuza giet ippruvata u qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. In oltre, l-Awtorita , filwaqt li nnutat li l-provvedimenti fir-rigward ta persuni bla harsien xieraq kienu cari, rriaffermat l-importanza tal-kaz in ezami u sahqet fuq l-obbligu tal-istazzjonijiet li josservaw b diligenza u bl-aktar mod ampju l-Legislazzjoni Sussidjarja in kwistjoni u jkunu sensittivi meta jitrattraw dan it-tip ta xandir.

Illum 6 ta Dicembru, 2018