Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward
reklam tal-Ubet li xxandar fit-22 ta Gunju, 2018
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward ir-reklam UBET li xxandar fit-22 ta Gunju, 2018 fis-13:26, fejn gie allegat ksur ta Paragrafu 5.1 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.25 Htigijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Loghob tal-Azzard fuq is-Servizzi tax-Xandir, meta dan l-istazzjon kien qed jirreklama servizz ta loghob tal-azzard - il-Ubet f hin ipprojbit.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u s-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon li minn naha tieghu ammetta l-akkuza., f seduta li nzammet fit-8 t Awwissu, 2018.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali relattiva ridotta fl-ammont ta €930 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika. L-Awtorità hasset li kellha tigbed l-attenzjoni ghan-nuqqas ta responsabbiltà li wera l-istazzjon meta xandar ir-reklami in kwistjoni, aktar u aktar meta kienet saret konsultazzjoni qabel mal-istess Awtorità. Ziedet li l-provvedimenti u r-restrizzjonijiet tal-Ligi kienu intenzjonati sabiex din il-problema socjali ma tibqax tikber u ghalhekk l-obbligu tal-osservanza tal-istess fuq l-istazzjonijiet partikolarment fuq l-istazzjon nazzjonali kien aktar oneruz.
Illum 3 ta Settembru, 2018