L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjonijiet tal-programm TVPM tal-5, 7, 8 u 9 ta Jannar, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Paragrafu 20 u 23 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta:
- Fil-5 ta Jannar waqt ir-rokna ta telebejgh ta Marcon Group li fih Cettina naqset li toffri l-prezzijiet tal-oggetti kollha li kienet qed turi. Waqt li kienet qed tkellem fuq il-boroz (handbags), il-prezentatrici qalet li tnejn biss gabet maghha imma ghamlet referenza ghal aktar tipi ta boroz li lanqas biss kienu jidhru;
- Fis-7 ta Jannar kien hemm ir-rokna ta telebejgh Ma Fiorita. Fil-bidu Silvana qalet lit-telespettaturi biex ma jcemplux dakinhar minkejja li din kienet rokna ta telebejgh. Ghall-ilbies tal-precett, il-prezentatrici kellha wahda biss u hegget lit-telespettaturi biex icemplu biex jiksbu aktar informazzjoni minghajr ma wriet it-tipi differenti tal-ilbies tal-precett;
- L-ghada 8 ta Jannar kien hemm ghal darb ohra r-rokna tat-telebejgh Ma Fiorita li fiha Silvana ghamlet reklam ghall-hanut meta qalet li jkunu miftuhin il-gurnata kollha. Intant, kif sehh fil-gurnata ta qabel, ma nghatawx il-prezzijiet tal-oggetti kollha li ntwerew waqt din ir-rokna ta telebejgh;
- Intant, fl-edizzjoni tad-9 ta Jannar rega kien hemm l-istess nuqqasijiet fl-irkejjen ta telebejgh ta Marcon Group u Ma' Fiorita u dan billi naqsu li jaghtu l-prezzijiet tal-oggetti li ntwerew.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u lil Ms Jordan De Giorgio ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-10 ta Marzu, 2015.
Minn naha tieghu l-istazzjon u kif ukoll il-produttur filwaqt li ammettew l-akkuza ikkontendew illi huma kienu qed jaghmlu hilithom kollha sabiex ir-regolamenti dwar reklamar jigu osservati bl-aktar mod shih u ampju u l-ksur tar-regolamenti li jissemma fl-akkuza kien sar mill-kumpanniji li kienu qed jirreklamaw fl-irkejjen tat-telebejgh li minhabba li jkunu live mhux possibbli li jitwaqqfu dak il-hin.
L-Awtorità, hadet konjizzjoni tal-ammissjoni tal-istazzjon u tal-isforzi li qed isiru biex il-produtturi ikunu konformi ma dak li titlob il-ligi dwar ix-xandir, minhabba li dan ma kienx l-ewwel ksur li sar f dan il-programm, kienet qed timponi il-penali relattiva fl-ammont ta €930, liema penali kellha tithallas fi zmien 30 jum mid-data tan-notifika, sahqet fuq l-importanza li r-regolamenti u l-ligi jigu rispettati u li l-istazzjon jikkonforma mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja. Ziedet u tenniet li minn naha taghha l-Kummissjoni Ewropeja kienet tishaq fuq in-necessita li l-Awtoritàjiet regolatorji jinfurzaw din id-Direttiva b mod koerenti u rigoruz.
Ilum 18 ta Marzu, 2015