TVM - TVPM - 17 t'April, 2015

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjoni tal-programm TVPM tas-17 t April, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta  Paragrafu 20 u 23 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt dan il-programm gew innutati nuqqasijiet waqt it-twieqi tat-telebejgh kif gej:

(i) Telebejgh ta Marcon Group; il-prezentatur qal li hemm kollezzjoni shiha twapet (qisien u kuluri differenti) izda ma tax il-prezzijiet; madankollu huwa heggeg sabiex it-telespettaturi jcemplu u jinghataw l-informazzjoni (13:04:00).

(ii) Telebejgh ta Centromoda; ma nghatawx il-prezzijiet ta numru ta affarijiet li kienu esebiti fit-tieqa ta telebejgh (13:42:40).

(iii) Telebejgh ta Fiorita; il-prezentattrici qalet li hemm xelta kbira ta  items izda hija ma tistax iggib kollox (14:17:17).

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, lil Ms Erica Gauci ghall-produzzjoni u kif ukoll lis-Sur Philip Camilleri  li ssejjah bhala xhud f isem l-istabbiliment Centro Moda, f seduta li nzammet fit-2 ta Gunju, 2015. 

Il-Kap Ezekuttiv irrileva l-fatt li apparti n-nuqqasijiet elenkati, wiehed qajla setgha jikkonsidra dawn il-produzzjonijiet bhala rkejjen ta telebejgh.  Zied li b dan il-mod il-kuncett u l-karatteristici ta telebejgh kienu qed ikun skartati minhabba l-accenn eccessiv fuq l-aspett kummercjali ghall-istabbiliment minflok ghal dak li fil-fatt ikun qed jigi  offrut ghall-bejgh. 

Is-Sur Philip Camilleri, minn naha tieghu, filwaqt li ammetta l-akkuza kkontenda li flimkien mal-produzzjoni kien sar sforz konsiderevoli biex ir-regolamenti dwar l-uzu tal-ilsien Malti waqt l-irkejjen ta telebejgh pprezentati minn Centro Moda ikunu osservati.  Zied li xi drabi l-attenzjoni ghal dan il-fatt kienet twassal ghal nuqqasijiet f oqsma ohra tal-produzzjoni.

L-Awtorità, qieset fid-dettal is-sottomissjonijiet kemm tal-Kap Ezekuttiv kif ukoll dawk tal-istazzjon, inkluza l-ammissjoni tal-istazzjon.  L-Awtorita`  sostniet li Paragrafu 20 tat-Tielet Skeda jispecifika li “Offerta diretta tfisser il-forma ta reklamar ghall-provvista ta prodott jew servizz li joffri spjegazzjonijiet dettaljati u promozzjoni ta vantaggi”.    Barra minn hekk Paragrafu 23 jesigi li “Il-prezz tal-prodott jew servizz offrut ghandu jinghata waqt l-offerta ta telexiri”.  Fit-tliet istanzi li ghalihom hemm riferenza fl-akkuza, jidher car li kien hemm nuqqas ta dan l-obbligu u ghalhekk l-akkuza kienet giet ippruvata u peress li dan ma kienx l-ewwel ksur li sar f dan il-programm, iddecidiet li timponi il-penali relattiva fl-ammont ta €1,160 liema penali kellha tithallas fi zmien 30 jum mid-data tan-notifika.

Ilum 18 ta  Gunju, 2015