Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm
TVM Roadshow li jaghmel parti mill-programm
Sportiv Tazza tad-dinja Russja 2018 li xxandar fit-28 ta Gunju, 2018
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm TVM Roadshow li jaghmel parti mill-programm sportiv Tazza tad-Dinja Russja 2018, li xxandar fit-28 ta Gunju, 2018, fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K(a) u Artiklu 16M(4)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir, meta waqt dan il-programm ixxandret referenza ghall-merchandise li kienu qed jinghataw. Dawn il-prodotti dehru wkoll fl-intervista. Waqt dan il-programm ixxandret intervista ma rapprezentanta tal-Maltco li tat informazzjoni dwar promozzjoni li kienet ghaddejja ghall-klijenti tal-Maltco li kienu se jinghataw ballun tal-Ubet. Barra minn hekk, fl-intervista r-rapprezentanta tkellmet ukoll dwar l-offerta li kienet qed tinghata lill-klijenti li jilaghbu €100 fuq prodotti tal-Ubet. Minhabba li din kienet intervista purament reklamatorja u ma kinitx indikata bhala tali, sehh ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir. Barra minn hekk, matul din l-intervista r-rapprezentanti kienu liebsin T-shirts tal-Ubet u dehru wkoll zewg bnadar tal-Ubet. Peress li din l-intervista xxandret fil-15:24, sehh ksur ta Artiklu 16M(4)(c) minhabba li kien hemm tqeghid ta prodotti ta loghob tal-azzard qabel is-19:00.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fit-8 t Awwissu, 2018 li minn naha tieghu filwaqt li ammetta l-akkuza irrileva li dak li deher waqt it-trazmissjoni kien immirat esklussivament ghall-pubbliku fil-pjazza minfejn saret l-istess trazmissjoni. Zied li dan kien nuqqas fejn ma saritx distinzjoni bejn l-attivita fil-pjazza u x-xandira.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali relattiva ridotta fl-ammont ta €930 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika.
Illum 3 ta Settembru, 2018