TVM - TVM Roadshow - 2 ta' Lulju, 2018

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm
TVM Roadshow li jaghmel parti mill-programm
Sportiv Tazza tad-Dinja Russja 2018 li xxandar fit-2 ta Lulju, 2018

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm TVM Roadshow li jaghmel parti mill-programm sportiv Tazza tad-Dinja Russja 2018 li xxandr fit-2 ta Lulju, 2018, fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K(a) u Artiklu 16M(4)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir, meta waqt dan il-programm ixxandret intervista ma rapprezentanta tal-Maltco li tkellmet dwar l-offerta li kienet ghaddejja fejn ma kull €100 ta biljetti tal-Ubet, il-klijent imur il-Head Office tal-Maltco Lotteries u jinghata ballun tal-Ubet. Matul l-intervista r-rapprezentanti tal-Maltco kienu libsin T-shirt tal-Ubet u dehru wkoll bnadar tal-Ubet. Minhabba li l-intervista kienet reklamatorja, sehh ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir. Barra minn hekk, kif indikat aktar qabel, ir-rapprezentanti dehru b T-shirt tal-Ubet u ghaldaqstant kien hemm tqeghid tal-prodotti tal-loghob tal-azzard. Din l-intervista xxandret fit-15:27 u ghalhekk sehh ksur ta Artiklu 16M(4)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fit-8 t Awwissu, 2018 li minn naha tieghu filwaqt ammetta l-akkuza irrefera ghall-motivazzjoni dwar l-akkuza precedenti u cioe li l-prezentazzjoni ma ghamlitx distinzjoni bejn l-attività ghall-pubbliku fil-pjazza u x-xandira televiziva.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali relattiva ridotta fl-ammont ta €930 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika.


Illum 3 ta Settembru, 2018