Ilment mill-Partit Nazzjonalista
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 7 t April, 2014 rigward TVM News tal-20 ta Marzu, 2014. Il-Partit Nazzjonalista ilmenta dwar zewg servizzi:
(1) servizz dwar konferenza tal-ahbarijiet organizzata mill-Ministru ghat-Trasport u l-Infrastruttura u li dwaru l-Partit Nazzjonalista hareg stqarrija ghall-istampa;
(2) ir-rappurtagg dwar id-diskussjoni li saret fuq il-programm Dissett dakinhar stess.
L-Awtorità semghet lil Dr Karol Aquilina f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista fil-prezenza tas-Sur David Herrera Direttur tal-Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap tat-Taqsima tal-Ahbarijiet ta PBS Ltd li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentaza ta PBS Ltd. F dan il-kaz l-Awtorita semghet ukoll lis-Sur Keith Demicoli gurnalist tal-PBS Ltd. li deher bhala xhud tal-istess stazzjon.
Il-Partit Nazzjonalista qal li fl-ewwel parti ta dan l-ilment kien qed jilmenta ghall-fatt li l-PBS Ltd. kien irrapporta b mod estensiv tal-konferenza tal-ahbarijiet tal-Ministru ghat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi u injora kompletament stqarrija tal-istess partit dwar l-iskema mhabbra minn Trasport Malta granet qabel dwar iz-zieda fit-tariffi u licenzji tas-sewqan. Zied li l-imsemmija stqarrija kellha valur t ahbar u s-suggett kien wiehed ta kontroversja politika u kellu rabta ma dak li kien ghadu kif sar u cioe z-zieda fil-licenzji. Il-Partit Nazzjonalista qal li filwaqt li l-PBS irrapporta lill-Ministru inkluz b kummenti on tape, dan ma sabx spazju ghar-reazjoni tal-Partit Nazzjonalista biex b hekk warrab dak li kellu xi jghid il-Partit.
Il-Partit Nazzjonalista qal li rigward it-tieni parti tal-ilment dwar is-servizz fl-ahbarijiet dwar il-programm Dissett li tratta l-progett tal-Power Station li tahdem bil-gass, il-Partit kien ihoss li kien hemm zbilanc fil-mod kif sar ir-rappurtat. Zied li l-PBS ghazel li jitfa l-attenzjoni tat-telespettatur fuq dawk favur il-progett u ghalhekk holoq zbilanc fil-mod kif giet rappurtata l-ahbar.
Minn naha tieghu l-istazzjon permezz tar-rapprezentanti tieghu qal li din ma kienitx konferenza tal-Ahbarijiet fejn thabbret l-iskema. Zied li l-iskema kienet thabbret qabel u l-Ministru Mizzi kien qed jaghti update dwar l-istess skema ta rifuzjoni tal-VAT inkluz statistika dwar in-numru ta persuni li applikaw/irrikorrew ghaliha, u l-iskop kien li biex min kellu d-dritt japplika jaghmel dan fil-perjodu stabbilit u hekk ma jitlifx id-dritt li ghandu. Ghalhekk ma kien hemm xejn polemikuz.
L-istazzjon qal li l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista kienet tinkludi diversi elementi li kienu ripetuti dwar iz-zjieda f xi whud mil-licenzji li dwarhom l-istazzjon kien xandar servizz fl-ahbarijiet dak inhar li kienu hargu. L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma kienitx tirreferi ghal dak li gie rappurtat mill-istazzjon dwar l-iskema ta rifuzjoni ta hlas tal-VAT fuq ir-regsitrazzjoni tal-karozzi, li fuq kollox kien informattiv. Zied li f dan il-kaz l-informazzjoni tal-Ministru ma kienitx titlob risposta u l-istqarrija ma kienitx relatata, u li l-ligi bl-ebda mod ma tghid li kull darba li jkun tkellem Ministru tal-Gvern, l-istazzjon kellu jitlob ir-rejazzjoni tal-Opposizzjoni.
Rigward ir-rapport fl-ahbarijiet dwar il-programm Dissett l-istazzjon ikkontenda li l-gurnalist bilfors kellu jirrapporta dak li ntqal fil-programm, u jekk kien hemm esperti ghandu l-obbligu jgib dak li qalu l-esperti. Zied li fil-kaz in ezami l-gurnalist irrapporta fedelment dak li qalu l-esperti u ma kienx hemm intenzjoni li jinholoq zbilanc.
L-Awtorità wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat il-filmat relattiv dwar iz-zewg servizzi ddecidiet li l-istazzjon kien mexa korrettement fir-rapportagg kemm tal-Konferenza Stampa tal-Ministru Mizzi kif ukoll f dak li kien intqal fil-programm Dissett. L-Awtorita` qablet li l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma setghetx tigi kkunsidrata bhala “rejazzjoni” ghal dak li kien qal il-ministru fil-Konferenza tal-Ahbarijiet u ghalhekk l-istazzjon ma kienx obbligat li jirraportaha aktar u aktar meta l-kritika tal-Opposizzjoni dwar iz-zieda fil-licenzji tas-sewqan kienet digà giet irraportata precedentement. L-Awtorità qablet ukoll li l-ghazla tal-kummenti xjentifiki maghmula minn esperti waqt il-programm Dissett ma kienitx tikkostitwixxi zbilanc. In vista ta dan, l-Awtorità iddecidiet li l-ilment maghmul mil-Partit Nazzjonalista fir-rigward ta dawn iz-zewg servizzi partikolari fil-bulletin tal-ahbarijiet ma kienx jissusisti.
Illum 30 t April, 2014