Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm Skjetti li xxandar fuq TVM fit-22 t ottubru, 2017
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. dwar il-programm Skjetti li xxandar fit-22 t Ottubru fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16L(4) tal-Att dwar ix-Xandir meta din l-edizzjoni trattat il-kaz tal-“qtil brutali” ta Daphne Caruana Galizia, suggett li, bla dubju, huwa meqjus ta grajjiet kurrenti u fl-istess waqt l-istess edizzjoni kienet sponsorjata.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon li kien akkumpanjat mis-Sur Quinton Scerri produttur tal-programm, f seduta li nzammet fid-29 ta Novembru, 2017.
Is-Sur Micallef u s-Sur Scerri filwaqt li ammettew l-akkuza stqarrew li s-suggett tal-programm kien inbidel minn dak previst u dan biex jitratta l-qtil tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia li f dak il-mument kien ta importanza nazzjonali. Ziedu li bi zvista ma kienx inbidel il-pakkett ta reklami u sponsorship li kien previst originarjament u dan irrizulta fi ksur tal-ligi. Is-Sur Micallef qal li dan l-agir ma kienx intenzjonat u kien sehh f cirkostanzi partikolari.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u ghalhekk kellha timponi l-penali relattiva ta €1750. L-Awtorità qablet li fic-cirkostanzi tal-kaz din id-decizjoni kellha tkun sospiza ghal sena mid-data tan-notifika.
Illum 2 ta Jannar, 2018