L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM dwar il-programmi Sibtek li xxandru fil-15 ta Novembru 2014 u s-6 ta Dicembru, 2014 u fis-6 ta Jannar, 2015 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir minhabba li l-irkejjen bl-isem ta VIP Lounge huma ntizi biex jaghtu pubblicità lir-Restaurant bl-isem ta Aroma Restaurant li jinsab Tas-Sliema.
L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sinjuri Mario Micallef u lil Ms Theresa Zahra li dehru f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u kif ukoll lis-Sinjuri Ryan Borg u Josmar Pace f isem u in rapprezentanza tal-produtturi f seduta li nzammet fis-27 ta Jannar, 2015.
Minn naha tieghu s-Sur Borg qal li huwa dejjem mexa id f id mal-ufficjali tal-Awtorità u dejjem segwa b mod rigoruz id-direzzjoni li nghata. Zied li l-irkejjen in kwistjoni kienu imsawwrin madwar loghba ghal personalitajiet li jkunu mistiedna fil-programm, u r-regolamenti f dan is-sens kienu jigu rispettati, u fl-istess irkejjen ma hassx li kien hemm riferenza eccessiva ghar-ristorant.
Is-Sur Borg qal li r-rokna in kwistjoni l-anqas ma setghet tigi kkunsidrat bhala reklamar b habi minhabba li ghat-telespettur kien evidenti li dik il-parti tal-programm ma kienetx qed issir f ristorant u l-backdrop uzata kienet biss xena tal-bahar u ma kienet tidher l-ebda riferenza ghall-isem tar-ristorant. Zied li l-uzu tar-rokna fil-programm f ambjent ta ristorant kienet purament ghazla teknika sabiex ikun hemm varjazzjoni fix-xenarju uzat minhabba t-tul tal-programm.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddecidiet li l-akkuza ma kienitx tissussisti u ghaldaqstant ma kellhiex tipprocedi ulterjoralment kontra l-istazzjon.
4 ta Frar, 2015