TVM - Messaġġ tal-Prim Ministru - 31 ta' Diċembru, 2015 u 1 ta' Jannar, 2016

Decizjoni dwar ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista rigward il-Messagg tal-Prim Ministru imxandar fuq TVM fil-31 ta Dicembru, 2015 u fl-1 ta Jannar, 2016

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 6 ta Jannar 2016 rigward il-Messagg tal-Prim Ministru li xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali PBS fil-31 ta Dicembru 2015 qabel il-bulettin tal-ahbarijiet tat-20:00 u fl-1 ta Jannar 2016 wara l-bulettin tal-Ahbarijiet tat-20:00.

L-Awtorità semghet lill-Avukat Francis Zammit Dimech M.P u lis-Sur Matthew Bonnett, Direttur Informazzjoni f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS Ltd., li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd. f seduta li nzammet fid-19 ta Jannar 2016.

Minn naha tieghu Dr Francis Zammit Dimech ikkontenda li skont il-Partit Nazzjonalista il-Messagg tal-Prim Ministru kien jikkostitwixxi ezercizzju ta propoganda partiggjana kemm fil-format u kif ukoll fil-kontenut li skont il-Partit ma kienx jixraq f socjeta demokratika u ghaldaqstant il-Partit Nazzjonalista kien qed jitlob rimedju immedjat.

Dr Zammit Dimech tenna li taht il-Kostituzzjoni, l-Awtorità ghandha l-obbligu li tara li dwar hwejjeg ta kontroversja politika jew industrjali jew li jirriferixxu ghal policy pubblika kurrenti tinzamm imparzjalità xierqa u illi ghal dan il-ghan il-facilitajiet u l-hin ta xandir ikunu mqassma b mod xieraq bejn persuni li jkunu ta partiti politici differenti.

Zied li x-xandira in kwistjoni fil-format taghha kienet bl-aktar mod deliberat reklam politiku, fejn id-diskussjoni fil-bidu tal-messagg kienet scripted u l-familja li dehret, kuntrarjament ghall-impressjoni li nghatat fil-fatt ma kienitx "a working class family". Qal li ai termini tal-ewwel Artiklu tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir reklamar politiku kien ipprojbit sakemm ma jsirx bhala parti minn skema organizzata mill-Awtorità tax-Xandir.

Dr Zammit Dimech irrefera wkoll ghall-kontenut u kkontenda li fil-parti l-kbira tieghu dan kien jitratta issues u materja ta kontroversja politika u policy pubblika kurrenti li minn naha taghha l-Oppozizzjoni kienet esprimiet ruhha dwarhom. Zied li dan kien imur kontra wkoll il-provvedimenti tal-Att dwar ix-Xandir f Subartiklu 13(2)(f) li jistipula li ghandha tinzamm l-imparzjalità dovuta dwar hwejjeg ta kontroversja politika jew industrijali jew li ghandhom x jaqsmu ma policy pubblika kurrenti.

Dr Zammit Dimech qal li meta wiehed ihares lejn dak li jsir fir-Renju Unit mill-BBC, wiehed isib li messaggi mill-Prim Ministru kienu jsiru biss f kazi eccezzjonali u l-Oppozizzjoni kienet tinghata l-opportunità tesprimi l-pozizzjoni taghha.

Dr Zammit Dimech qal li f dan il-kaz ma kienx qed jinghad li l-Gvern ma kellux dritt jaghmel messagg, pero l-argument kien li l-pubbliku kellu jkollu exposure ghaz-zewg fehmiet. Zied li l-kompitu tal-Awtorità ma kienx li taghti verdett jekk il-Partit Nazzjonalista kellux ragun izda li tistabbilixxi jekk fuq l-argumenti trattati fil-messagg kienx hemm fehmiet jew opinjonijiet ohra u l-mument li tistabbilixxi li kien hemm zewg fehmiet allura kien hemm kontroversja u ghalhekk kellu jinghata rimedju.

Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza tal-PBS ikkontenda illi dan il-kaz ma kienx jitratta xandira Ministerjali. Zied li dan il-fatt kien rifless ukoll f kaz simili li kien tressaq quddiem l-Awtorità fis-17 ta Gunju 2013 u fejn l-Awtorità kienet irrikonoxxiet li l-linji gwida taghha ma kienux applikabbli fil-kaz ta Messagg mill-Prim Ministru.

Dr Vassallo qal li r-rwol tal-PBS f dan il-kaz kien li jxandar il-messagg kif ipprezentat lilu. Zied li stilistikament din il-produzzjoni kienet differenti minn ohrajn li saru qabel, madanakollu kien il-messagg li finalment jasal ghand il-pubbliku, u f dan il-kaz il-messagg kien fuq l-istess linji ta ohrajn li saru fil-passat.

Wara li l-Awtorita semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-kazistika dwar kazi simili kkostatat is-segwenti, u cioe:

  • L-Awtorità thoss li l-format u l-istil tal-produzzjoni ma jaqax fil-mansjoni taghha u ghalhekk ma kienx il-kaz li din tippronunzja ruhha dwar dan l-aspett tal-messagg.
  • L-Awtorita tifhem ukoll li x-xandir pubbliku ghandu l-obbligu li jxandar tali messaggi mill-Prim Ministru tal-gurnata. In oltre, huwa rikonoxxut li fil-messagg tal-Prim Ministru tal-ewwel tas-sena lin-Nazzjon, dan jaghti harsa lejn il-hidma tal-Gvern fis-sena li tkun ghadha kif spiccat u harsa 'l quddiem lejn is-sena il-gdida. Din hija ukoll xejra li wiehed isib f messaggi lin-Nazzjon minn mexxejja ta pajjizi Ewropej.
  • L-Awtorità thoss li, f dan il-kaz, il-materja trattata fil-messagg in kwistjoni ilha tigi diskussa fuq il-mezzi tax-xandir pubbliku u li f dan is-sens il-fehmiet differenti huma maghrufa u twasslu lill-pubbliku b mod ampju.
  • L-Awtorità rat ukoll id-decizjoni taghha dwar ilment simili imressaq mill-Partit Nazzjonalista kontra l-PBS Ltd. rigwardanti x-xandira tal-Prim Ministru tas-17 ta Gunju, 2013 u li dakinhar l-Awtorità diversament komposta ma laqghetx l-ilment.

In vista ta dan kollu l-Awtorita tiddeciedi li l-ilment ma jirrizultax u ghalhekk m hemmx lok ghal rimedju.

Finalment, l-Awtorità irrilevat li fil-passat kienet diga fasslet linji gwida dwar xandiriet ministerjali. F ilment iehor tal-Partit Nazzjonalista sentejn ilu l-Awtorità kienet diga rrilevat li dawn il-linji gwida ma kienux jipprovdu ghall-messaggi tal-Prim Ministru u qalet li se tippubblika linji gwida aggornati li jkunu jkopru wkoll il-messagg lin-Nazzjon mill-Prim Ministru. L-Awtorità se tara li dawn il-linji gwida se jsiru f qasir zmien.

Illum 22 ta Jannar, 2016