TVM - Niskata - Tas-6 u s-7 ta' Novembru, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM dwar l-edizzjonijiet tal-programm Niskata li xxandru fis-6 u s-7 ta Novembru,  2013 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K (a) tal-Att Dwar ix-Xandir meta

(i) fil-programm tas-6 ta Novembru kien hemm rokna ma Donella Agius li fiha mudelli dehru b ilbies differenti biex jippromovu l-moda attwali.  Waqt din ir-rokna saru referenzi ghall-ilbies partikolari iktar mill-istil u dan jaghti lok ghar-reklamar b habi, aktar u aktar meta kien hemm indikazzjoni biex it-telespettaturi jfittxu l-isem ta Donella Agius fuq il-Facebook u jkunu jistghu isaqsu l-mistoqsijiet.  Ezatt wara dan is-servizz, ixxandar l-isponsor bid-dettalji ta D Club ta Vjal Indipendenza, Naxxar u dan bi ksur tal-provedimenti tal-Att Dwar ix-Xandir; u

(ii) fl-edizzjoni tas-7 ta Novembru kien hemm Rita li tkellmet dwar diversi lbiesi li hadet maghha fl-istudio. Waqt il-prezentazzjoni saru rimarki li dawn l-ilbiesi jigu f diversi qisien. Skont l-akkuza l-mod ta kif twasslet din ir-rokna wassal biex din giet ridotta ghal rokna ta telebejgh minghajr ma gie indikat il-prezz.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sur Rueben Zammit Head of Programmes f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u lis-Sinjura Angela Agius ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-10 ta Dicembru, 2013, li minn naha taghha ikkontendiet li z-zewg kazi kienu rizultat ta nuqqas minn naha tal-produzzjoni u li hekk kif kienet infurmata bl-akkuza hija hadet il-mizuri necessarji sabiex kazi simili jigu kompletament evitati. 

Is-Sinjura Agius u kif ukoll is-Sur Zammit irrikonoxxew il-fatt li sfortunatament xi drabi l-mistiedna fil-programmi jaqbzu l-limiti konsentiti u jitrasformaw irkejjen informattivi f reklami. 

L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluz tal-fatt li l-istazzjon kien ammetta l-akkuza u li kien ha l-mizuri korrettorji u iddecidiet li l-akkuza kienet tirrizulta madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur f dan il-programm u li jidher li kienu digà ttiehdu passi mill-produtturi f dan ir-rigward iddecidiet li flok timponi l-penali tohrog twiddiba lill-istess sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

16 ta Dicembru, 2013