Lment mis-Sur Frans Said
L-Awtorità semghet l-ilment maghmul mis-Sur Frans Said fil-11 ta Jannar, 2011 dwar ahbar imxandra mill-Public Broadcasting Services Limited b konnessjoni mal-origini tal-programm l-Istrina, fejn gie allegat li l-istorja kif prezentata mill-istazzjon ma kienitx tirrispekkja l-verità tal-fatti u fl-ebda mument ma kienet tirrikonoxxi l-involviment tas-Sur Said f kampanji ta gbir ta fondi fil-passat.
L-Awtorità semghet lil Dr Natalino Fenech u lil Therese Comodini Cachia li dehru ghall-istazzjon u lis-Sur Frans Said li pprezenta l-verzjoni tieghu tal-ilment.
Is-Sur Said esprima d-dizappunt tieghu ghall-agir tal-Public Broadcasting Services Limited u talab l-intervent tal-Awtorità sabiex fi programmi successivi l-istazzjon jirrimedja u ma jsirux zbalji simili.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet u filwaqt li irrijaffermat il-principju li x-xandar ghandu l-obbligu li jirricerka u jipprezenta l-fatti kollha lit-telepettaturi, iddecidiet li l-kaz in ezami, ma kienx wiehed li fuqu setghet tipprocedi skont il-provvedimenti tal-Ligi tax-Xandir u ghalhekk iddecidiet li ma tipprocedix kontra l-istazzjon.