TVM - News - 24 ta' Novembru 2010

Lment Ghaqda Kazin Banda San Filep AD1851

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Ghaqda Kazin Banda San Filep dwar dritt ta risposta koncernanti rapport imxandar mill-Public Broadcasting Services fl-ahbarijiet tal-24 ta Novembru, 2010, fejn gie rilevat illi l-istazzjon kiser il-provvedimenti dwar Dritt ta Risposta, fil-Htigijiet dwar Standards u Prattika li jirregolaw il-Bulletin tal-Ahbarijiet u Programmi ta Grajjiet Kurrenti meta dan naqas li jxandar dan dritt ta risposta.

L-Awtorità semghet lis-Sur Tarcisio Mifsud li kien assistit mill-Avukat Anna Mallia f isem l-Ghaqda Kazin Banda San Filep AD 1851 u lil Dr Natalino Fenech assistit minn Dr Therese Comodini Cachia ghan-nom tal-istazzjon f seduta li nzammet fis-26 t April, 2011.

Dr Anna Mallia ikkontendiet li l-Ghaqda Kazin Banda San Filep AD 1851 kienet resqet ilment kontra PBS minhabba dak li fl-opinjoni tal-istess Socjeta kienet informazzjoni zbaljata li giet inkluza waqt is-surriferit bulletin tal-ahbarijiet li kien jitratta rapport dwar il-150 anniversarju tal-Banda Beland taz-Zejtun. Dr Mallia sostniet li l-kumment tan-newscaster fis-sens li l-ewwel banda f Malta kienet il-Banda De Rohan ta Haz Zebbug u t-tieni dik ta l-Isle Adam tar-Rabat kien kumment barra minn loku u minkejja li l-Ghaqda Kazin Banda San Filep AD 1851 gibdet l-attenzjoni tal-istazzjon u sahansitra ipproduciet l-evidenza relattiva li turi li dawn il-kummenti ma kienux korretti, TVM baqa jsostni li ma jxandarx id-dritt ta risposta.

L-istazzjon ikkontenda li l-informazzjoni mxandra mill-istazzjon waqt il-Bulletin tal-Ahbarijiet in kwistjoni kienet giet rilevata minn pubblikazzjoni tas-Sur Francis Galea u ma kellu l-ebda raguni ghala tali informazzjoni kienet skoretta u ghalhekk ma hassx li kien hemm lok ghal dritt ta risposta.

L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li ma kienitx fil-manzjoni taghha li tidhol fil-merti tal-kaz dwar liema Socjeta twaqqfet l-ewwel u li d-decizjoni taghha kellha tindirizza esklussivament jekk id-dritt ta risposta mitlub mill-Ghaqda Kazin Banda San Filep AD 1851 kellux fil-fatt jixxandar mill-istazzjon jew le.

In vista tal-istess sottomissjonijiet, l-Awtorità iddecidiet, li f din ic-cirkostanza, stante li l-informazzjoni mxandra mill-istazzjon kienet rilevata minn pubblikazzjoni u li dan ma kellu l-ebda indikazzjoni li tali informazzjoni kienet skoretta, ma kienitx thoss li l-istazzjon agixxa kontra l-provvedimenti dwar Dritt ta Risposta fil-Htigijiet dwar Standards u Prattika li jirregolaw il-Bulettini tal-Ahbarijiet u Programmi ta Grajjiet Kurrenti, madanakollu irriteniet opportun li tirrakomanda lill-Public Broadacasting Services Limited sabiex fil-futur tfittex li thares is-sensittività ta kazi bhal dawn.