TVM - News - 22 ta' Lulju, 2015

Decizjoni dwar Ilment mill-Partit Laburista rigward il-Bulettin tal-Ahbarijiet ta TVM Imxandar fit-22 ta Lulju, 2015

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Laburista datat 27 ta Lulju, 2015 rigward l-ahbarijiet ta TVM tat-22 ta Lulju, 2015 fejn il-Partit ikkontenda li l-istazzjon naqas milli jirrapporta Konferenza tal-Ahbarijiet tal-istess Partit fejn dan ta l-veduti tieghu dwar il-kwistjoni ‘ta natura politika kurrenti li l-Partit Nazzjonalista kien kontra li l-istudenti tal-MCAST jiksbu Degrees u Masters billi jsegwu kors ta studji fl-istess istituzzjoni, liema nuqqas skont l-istess Partit kien irrizulta fi zbilanc fil-konfront tieghu u ghaldaqstant kien qed jitlob rimedju.

L-Awtorità semghet lis-Sinjuri Gino Cauchi Kap Ezekuttiv u Nigel Vella Koordinatur tal-Komunikazzjoni f isem u in rapprezentanza tal-Partit Laburista u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap tat-Taqsima tal-Ahbarijiet ta PBS Ltd li kien assistit minn Dr Yanica Caruana f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd, f seduta li nzammet fit-28 ta Lulju, 2015.

Is-Sur Nigel Vella qal li fil-fatt ghall-Konferenza tal-Ahbarijiet in kwistjoni l-istazzjon kien baghat gurnalist li hekk kif wasal il-hin ghad-domandi dan telaq. Zied li ma kienx jaqbel ma dak li kien qal fir-risposta tieghu l-istazzjon u cioe li l-argumenti riflessi fl-istess konferenza kienu digà gew koperti meta dan xandar Konferenza tal-Ahbarijiet ohra mill-Ministru tal-Edukazzjoni l-jum ta qabel.

Minn naha tieghu is-Sur Reno Bugeja qal li l-istazzjon kien jevita r-ripetizzjoni u ghal dan il-ghan kellu policy li ma jirrappurtax kull ma jinghad. Zied li fil-fatt il-Partit Nazzjonalista wkoll kien hareg stqarrija dwar l-istess suggett li ma gietx imxandra. Is-Sur Bugeja qal li minkejja li kien hemm gurnalist tal-PBS Ltd fuq il-post kien deciz li ma kienx hemm element ta valur t ahbar li kien jitlob li jigi mxandar. Zied li in oltre il-Prim Ministru kien ghamel riferenzi ghas-suggett waqt intervent fuq ir-radju l-Hadd, ta wara li minn taghhom tieghu li l-istazzjon kien irrapporta.

Wara li semghet u ddiskutiet fid-dettal is-sottomissjonjiet taz-zewg partijiet, l-Awtorita` iddecidiet kif gej:

  • L-ghazla tal-istejjer dwar x jigi mxandar jew le hija dejjem dik tal-istazzjon u dan konsonanti mal-provvedimenti tal-Ligi Sussidjarja 350.14, u ghal darb ohra l-Awtorita` ssostni li bl-ebda mod ma trid tusurpa ghaliha dan id-dritt tal-ghazla.
  • Fil-kaz in kwistjoni l-Awtorità qablet ma dak li ssottometta l-istazzjon li l-kontenut principali tal-konferenza stampa ndirizzata mis-Segretarju tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista u mill-President tal-Forum Zghazagh Laburisti, ma kellux valur ta ahbar aktar minn dak li gie rrapurtat il-gurnata ta qabel f konferenza tal-ahbarijiet dwar l-istess suggett moghtija mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.
  • Fid-dawl ta dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorita` iddecidiet li ma kien jirrizulta ebda zbilanc imwettaq mill-PBS kif gie allegat fl-ilment tal-Partit Laburista, u ghal din ir-raguni l-ilment ma kienx qed jintlaqa .

Illum 30 ta Lulju, 2015