TVM - News - 13 ta' Ġunju, 2016

Ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista rigward TVM News tat-13 ta Gunju, 2016

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 20 ta Gunju 2016 rigwardanti TVM News tat-13 ta Gunju, 2016 fejn il-Partit allega li fir-rapport dwar il-kawza ta libell mid-Deputat Toni Bezzina rigwardanti rapporti dwar allegat xoghol minn impjegati mal-Gvern fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista taz-Zurrieq u s-sentenza tal-Qorti tal-Magistrati dwar l-istess, l-istazzjon iccensura dak li kien qal l-istess Partit filwaqt li rrapporta fit-tul il-konferenza tal-ahbarijiet tal-Partit Laburista dwar l-istess kaz.

L-Awtorità semghet lis-Sur Matthew Bonett Direttur Informazzjoni li kien akkumpanjat mill-Avukat Matthew Paris f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS Ltd, li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd, f seduta li nzammet il-Hamis 21 ta Lulju, 2016.

Minn naha tieghu l-Avukat Matthew Paris irrileva illi filwaqt li l-Partit kien jifhem u jirrispetta l-principju u d-dritt tal-Editur tal-istazzjon li jiddeciedi u jiddetermina l-valur ta ahbar, madanakollu dan ma kienx ifisser li dan id-dritt kien illimatat izda kellu jkun ezercitat f certi parametri.

Dr Paris filwaqt li rrefera ghal decizjoni precedenti tal-Awtorità diversament komposta rigward rapport dwar Konferenza tal-Ahbarijiet minn dak iz-zmien l-Onorevoli Gino Cauchi dwar trattament ingust, fejn l-Awtorità kienet laqghet l-ilment tal-Partit Laburista u ddecidiet li kien hemm obbligu fuq l-istazzjon li jirraporta b mod ekwu u gust u li dan jirrispekkja dak li verament sehh.

Dr Paris qal li fil-kaz odjern hekk kif il-PBS iddecieda li kien jezisti valur t ahbar allura dan kellu l-obbligu li jxandar immedjatament dak li kellu xi jghid il-Partit Nazzjonalista bl-aktar mod ampju. Zied li punt krucjali f dan il-kaz kien jirreferi ghax-xhieda fil-Qorti fejn gie zvelat li haddiem li kien involut fil-kaz kien ghamel affidavit fic-Centru Nazzjonali tal-Partit Laburista, element li fir-rapport tal-PBS ma kienx inkluz.

Dr Paris qal li l-fatt li l-PBS irrefera ghal dan il-punt f rapport dwar ahbar sussegwenti kien jindika kemm fil-fatt dan kellu valur t ahbar u bhala tali kellu jkun inkluz qabel meta l-istazzjon irrapporta l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar il-kaz. Dr Paris qal li in oltre fir-rapport tieghu l-istazzjon iddecieda li jaqleb l-ordni ta preferenza b tali mod li tnaqqset l-importanza tal-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.

Dr Paris qal li f dan il-kaz minkejja li d-diskrezzjoni tal-Editur kellha tigi rispettatat ir-rappurtagg ta PBS ma kienx wiehed ekwu u gust fil-konfront tad-Deputat Toni Bezzina u tal-Partit Nazzjonalista u fil-mument li l-istazzjon iddecieda li jxandar l-ahbar kellu l-obbligu li ma jkunx selettiv u jxandar b mod immedjat. Zied li f dan il-kuntest il-PBS naqas li jirraporta dak li kien qal il-Partit Nazzjonalista.

Minn naha tieghu Dr Mark Vassallo f isem il-PBS Ltd ikkontenda illi ma kien hemm l-ebda dubbju dwar id-dritt ta diskrezzjoni tal-Editur tal-istazzjon u l-Awtorità m ghandiex tiddisturba d-decizjoni tal-istess f dan is-sens jew il-mod kif jinkiteb skript. Zied li meta wiehed jaqra s-sentenza tal-Qorti u dak li qal il-Magistrat isib li r-rapport tal-PBS kien gust u mill-provi hareg car li s-Sur Bezzina kellu sehem attiv u kien gieghel nies jiffirmaw dikjarazzjoni guramentata.

Dr Vassallo qal li f dan il-kaz l-istazzjon kellu dritt ikun selettiv madanakollu jekk ir-rapport tal-istazzjon jirrispekkja l-punti importanti tas-sentenza u dak li kien qal il-Magistrat allura l-ilment tal-Partit Nazzjonalista ma kienx jissussisti.

Wara li l-Awtorità semghet il-partijiet ikkunsidrat is-segwenti:

L-Att Dwar ix-Xandir jitkellem b mod l-aktar car dwar akkuratezza u imparzjalità. Paragrafu 4.5 tal-Avviz Legali 350.14 dwar Htigijiet Dwar Standards u Prattika Dwar Bulletini tal-Ahbarijiet u programmi ta Grajjiet Kurrenti jitlob li xandar irid jaghmel haqq lill-medda shiha ta fehmiet u perspettivi li fihom jinstemghu fehmiet opposti.

Sew mis-sottomissjonijiet tal-partijiet kif ukoll mir-rapport tal-moniteragg tal-bulletin tal-ahbarijiet, johrog b mod l-aktar car li l-perspettivi u l-veduti kollha f din l-istorja gew imxandra. Essenzjlament f din l-istorja, l-istazzjon kellu l-obbligu li jwassal u jirrapporta tliet avvenimenti distinti imma relatati u cioe, il-konferenza tal-ahbarijiet mghotija mill-Partit Laburista, l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista u s-sentenza tal-Qorti tal-Magistrati dwar il-kaz ta libell.

L-istess Avviz Legali Dwar Htigijiet li Japplikaw Ghall-Ahbarijiet u Programmi ta Grajjiet Kurrenti jindika li imparzjalita ma tfissirx bilanc matematiku ta hin imma lix-xejriet opposti jkunu rapprezentati. Dan jidher li sehh fil-kaz in kwistjoni.

In oltre, hekk kif huwa ben risaput u rikonoxxut l-ghazla dwar dak li jikkostitwixxi valur t ahbar u l-mod kif tkun ipprezentata l-istorja huma fid-diskrezzjoni tal-Editur u galadarba l-Awtorità hija sodisfatta li n-nahat fil-kwistjoni gew rappurtati, ma thossx li f dan il-kaz ghandha tintervjeni u ghalhekk tikkonkludi u tiddeciedi li l-ilment ma jirrizultax.

Illum id-29 ta Lulju, 2016