TVM - News - 11 t'April, 2016

Ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista rigward TVM News tal-11 t April, 2016

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 15 t April 2016 rigward TVM News tal-11 t April, 2016 fejn il-Partit allega nuqqas minn naha tal-istazzjon wara li dan ma rrappurtax dikjarazzjoni tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant fuq facebook, dwar l-iskandlu tal-kumpanniji sigrieta fil-Panama, f liema dikjarazzjoni Dr Alfred Sant qal li l-Ministru Konrad Mizzi kellu jirrizenja.

L-Awtorità semghet lis-Sur Matthew Bonett Direttur Informazzjoni li kien akkumpanjat mill-Avukat Matthew Paris f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS Ltd, li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd, f seduta li nzammet il-Hamis 21 ta Lulju, 2016.

Minn naha tieghu l-Avukat Matthew Paris qal li Dr Alfred Sant kien eks Prim Ministru u personalita ta statura politika sinjifikanti u f dan il-kaz esponent importanti tal-Partit Laburista kien qed jaghmel dikjarazzjoni serja fil-konfront ta Ministru u ghalhekk il-PBS kellu jirrapurtaha. Zied li in oltre kien fatt kurjuz kif fir-risposta tieghu ghall-ilment il-PBS ma ccitax id-diskrezzjoni tal-Editur izda ikkontenda li l-istazzjon ma kienx jirrapporta kummenti fuq facebook u dan b konsistenza mal-linja editorjali tieghu.

Dr Paris qal li f dan il-kaz il-Partit ma kienx qed jilmenta fuq zbilanc izda fuq il-fatt li in vista tan-natura tad-dikjarazzjoni u kif ukoll l-istatura ta Dr Alfred Sant, l-istazzjon kellu jirrapporta. Zied li l-pubbliku kellu jkun infurmat b kumment dwar rapprezentant tal-poplu fil-bankijiet tal-Gvern. F dan l-istadju Dr Paris irrefera ghal lista ta rapporti li l-istazzjon kien xandar fil-bulettini tieghu wara li ha spunt minn pagni fuq facebook, liema agir skond Dr Paris kien juri l-inkonsistenza tal-istazzjon.

Minn naha tieghu Dr Mark Vassallo qal li l-linja editorjali kienet fir-responsabbilta tal-Editur u kien hazin li dan id-dritt jigi mittiefes. Zied li l-policy tal-istazzjon kienet li kummenti/opinjonijiet fuq facebook ta natura kontroversjali ma jigux rappurtati. Zied li ghajr ghal kaz wiehed il-lista pprezentata mill-Partit Nazzjonalista kienet tikkonferma dan.

Dr Vassallo qal li f dan il-kaz l-Awtorità kellha tghaddi messagg li hi mhix ser tiddisturba d-diskrezzjoni editorjali. Zied li kien minnhu li l-istazzjon kellu policy li ma jirrapurtax kummenti u opinjonijiet ta natura kontroversjali li jidhru fuq facebook madanakollu din il-policy ma kienitx assoluta u dan kien jiddependi hafna fuq il-valur tal-ahbar u kien hemm istanzi meta jkun necessarju li wiehed jiddipartixxi mill-istess policy u dan fl-ambitu tad-diskrezzjoni tal-editur li skont hu f dawn il-kazi ma kienitx qed tinghata l-importanza li jixirqilha.

Wara li semghet il-partijiet, l-Awtorità ikkunsidrat is-segwenti:

M hemmx dubbju li l-kaz tal-kumpannija fil-Panama kien ta interess pubbliku u li ghandu valur t ahbar. L-Awtorità tfakkar li fil-principju huwa l-Kap tal-Ahbarijiet li ghandu r-responsabbiltà u d-diskrezzjoni li jiddeciedi dwar dak li ghandu siwi ta ahbar. Madankollu, dan id-dritt mhux assolut u ma jfissirx li l-Awtorità ma tistax tippronunzja ruhha dwar jekk fil-fehma taghha, materja ta interess pubbliku li jkollha valur t ahbar, ma tinghatax l-importanza li jixirqilha.

M hemm l-ebda dubbju li TVM irraporta b mod estenziv il-kaz dwar il-kumpanniji fil-Panama. Madankollu, fil-fehma tal-Awtorità, il-fatt li Dr Alfred Sant eks Prim Ministru ta Malta ghamel kumment dirett dwar il-kaz tal-Panama u dwar Ministru tal-Gvern kien jimmerita li dan jigi rrapurtat.

Waqt is-smigh, l-istazzjon nazzjonali kkontenda li ma kienitx il-policy tieghu li jxandar kummenti li jidhru fuq media socjali. Madankollu, kif irrizulta, l-istess stazzjon gieli htieglu jiddipartixxi minn tali prassi. Il-fatt li l-kumment ta Dr Alfred Sant deher fuq sit socjali bhal ma huwa l-Facebook, dan ma jnehhi xejn mill-valur ta ahbar ta tali kumment, aktar u aktar meta wiehed iqis li llum il-media socjali hija daqstant importanti.

Fil-qafas ta dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-Awtorità ssib li l-istazzjon nazzjonali naqas meta ghazel li ma jirrapurtax il-kumment ta Dr Alfred Sant dwar il-kaz tal-Panama u ghalhekk tikkonkludi li l-ilment tal-Partit Nazzjonalista huwa gustifikat. Ghalkemm tali nuqqas ma holoqx zbilanc, l-Awtorità thoss li tali storja kellha valur t ahbar u li l-istazzjon nazzjonali kien fid-dmir li jirrapurtaha.

Fic-cirkustanzi tal-kaz, l-Awtorità ma thossx li ghandha toffri rimedju ghal dan il-kaz.

Illum id-29 ta Lulju, 2016