Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta TVM rigward il-programm Madagascar li xxandar fl-10 ta Frar, 2018
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM dwar l-edizzjoni tal-programm Madagascar li xxandar fl-10 ta Frar, 2018 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta f dan il-programm ixxandret rokna informattiva li fiha Matthew Wismayer ta informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-annimali. Matul l-istess intervista deher ukoll pop-up advert tad-ditta Prince, b mod specifiku n-New Ultra Premium dry Food bags Taste of Nature. Minhabba f hekk, inholqot assocjazzjoni evidenti bejn l-element informattiv u d-ditta Prince.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li dehret f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, li kien akkumpanjat mis-Sur Kevin Micallef ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fit-2 ta Mejju, 2018.
Minn naha tieghu is-Sur Micallef ghall-istazzjon informa lill-Bord li l-istazzjon kien qieghed jammetti l-akkuza kontrih.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni minn naha tal-istazzjon u ddecidiet li timponi l-penali ridotta ta €1750 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika u fin-nuqqas ta dan l-Awtorità kienet ser ser tipprocedi legalment kontra l-istazzjon minghajr avviz iehor.
Illum id-9 ta Mejju, 2018