TVM - Luxdesign - 23 ta' Jannar, 2016

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront tal-programm Luxdesign li xxandar fit-23 ta Jannar, 2016 fuq TVM, fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta matul dan il-programm gie innutat li r-rokna b informazzjoni dwar it-twapet, fejn il-prezentatur deher jitkellem ma Herbert Bezzina, kienet segwita ezatt minn reklam ta Aladdino Carpet Centre li kien migbud ezatt fl-istess location minn fejn ingibdet ir-rokna informattiva precedenti. Din is-sitwazzjoni holqot assocjazzjoni evidenti bejn il-kontenut tar-rokna informattiva dwar it-twapet u r-reklam inkwistjoni. Aladdino Carpet Centre huwa wiehed mill-isponsors ta dan il-programm.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u lis-Sur Noel Bartolo produttur tal-programm, f seduta li nzammet fit-30 t Awwissu, 2016.

Minn naha tieghu s-Sur Micallef filwaqt li ammetta l-akkuza sahaq li dan kien zball minn naha tal-produzzjoni.

Minn naha tieghu is-Sur Noel Bartolo qal li l-izball kien rizultat tal-fatt li l-persuna inkarigata mill-iskedar tar-reklamar kienet ghadha gdida. Zied li bhala produtturi huma kienu joqghodu ferm attenti li jsegwu r-regolament vigenti.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u qablet li din l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur, minhabba t-trapass taz-zmien u l-fatt li din kienet l-ewwel okkazjoni ghall-Bord il-gdid li jisma u jikkonsidra ilmenti, iddecidiet li twiddeb lill-istess biex ma jirrepetix tali nuqqas.

In oltre l-Awtorità sahqet fuq il-fatt li fil-futur kienet sejra tkun aktar vigilanti u esigenti mal-istazzjonijiet sabiex ir-regolamenti ezistenti jkunu segwiti bl-aktar mod ampju u rigoruz.

Illum 7 ta Settembru, 2016